- L-istat ta’ Victoria jħabbar pakkatt ta’ $21 miljun biex iżid ir-rata tat-tilqim
- Iż-żjieda ta’ numru ta’ każi fi NSW reġjonali huwa ta’ tħassib
- L-ACT iħabbar tnaqqis fir-restrizzjonijiet
Victoria
L-istat ta’ Victoria rreġistra 1,749 każ lokali ġdid ta’ infezzjonijiet tal-COVID-19 u 11-il mewt.
89.4 fil-mija tal-popolazzjoni ta’ ‘l fuq minn 16-il sena fl-istat irċiviet l-ewwel doża tal-vaccin u 67.2 fil-mija t-tnejn.
Il-Premier Daniel Andrews ħabbar pakkett ta’ $21 miljun biex jiżdied it-tilqim, inkluż aktar kliniċi tat-tilqim li jitwaqqfu f’postijiet pubbliċi, ibbukkjar ta’ appuntamenti, trasportazzjoni u alternattivi oħra fejn ikunu meħtieġa fil-komunità.
Il-gvern ta’ Victoria kkonferma li se jinkludi iżolazzjoni aktar qasira fil-lista tiegħu ta’ emendi meta l-istat jilħaq is-70 fil-mija tat-tilqima biż-żewġ dożi.
New South Wales
Fi New South Wales kienu rreġistrati 273 każ lokali ġdid u erba’ mwiet.
Ftit anqas minn 75 fil-mija tat-tfal bejn it-12-15 ħadu l-ewwel doża tat-tilqima tal-COVID-19, waqt li 35.5 fil-mija huma mlaqqma kompletament.
L-istat qabeż ukoll it-80 fil-mija tal-mira tat-tilqim komplut għall-popolazzjoni ta’ ‘l fuq minn 16-il sena.
L-Uffiċjal Mediku Ewlieni, Dr Kerry Chant qalet li n-numru ta’ każi jiżdied fl-inħawi reġjonali jibqa’ ta’ tħassib u ħeġġet lill-komunità biex kulħadd jieħu t-tiqlima.
ACT
Fl-ACT kienu rreġistrati 24 każ ġdid, 21 minnhom huma marbuta mal-imxija kurrenti.
It-territorju ħabbar tnaqqis fir-restrizzjonijiet tal-COVID-19 b’rispons għat-80 fil-mija tal-popolazzjoni ta’ 12-il sena u aktar li hija mlaqqma kompletament.
Il-ħwienet tax-xiri, kemm essenzjali u dawk mhux essenzjali, se jkunu permessi li jiftħu min-11:59pm tal-Ħamis 21 ta’ Ottubru.
Madwar l-Awstralja fl-aħħar 24 siegħa
- Queensland għal ivvjaġġar domestiku u internazzjonali għall-istati meta l-popolazzjoni eliġibbli tilħaq is-70%, 80% u mbagħad id- 90% tat-tilqima.
Kwarantina, ivvjaġġar, kliniċi tal-ittestjar u pandemic disaster payment
Kwarantina u ħtiġijiet tal-ittestjar huma mmaniġġjati u implimentati mill-gvernijiet statali u territorjali.
Jekk trid tivvjaġġa barra l-Awstralja, tista’ tagħmel hekk billi tapplika onlajn għal eżenzjoni. għal aktar informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet biex tħalli l-Awstralja. Hemm miżuri temporanji għal titjiriet internazzjonali li huma riveduti regolarment mill-gvern u aġġornati fuq il-websjat ta’ .
- Aħbarijiet u informazzjoni f’aktar minn 60 lingwa f’
- Linji gwida relevanti għall-istat jew territorju fejn toqgħod: , , , , , , .
- Informazzjoni dwar .
Iċċekkja r-riżorsi maqlubin bil-lingwa tiegħek ippubblikati mis-Servizz ta’ Komunikazzjoni tas-Saħħa Multikulturali ta’ NSW (NSW Multicultural Health Communication Service):
Kliniċi tal-ittestjar f’kull stat u territorju:
Informazzjoni dwar il-Pandemic disaster payment f’kull stat u territorju: