Aġġornament dwar il-COVID-19: Fi New South Wales jitnieda programm pilota għar-ritorn ta’ studenti internazzjonali, waqt li f’Victoria se jinfetħu aktar postijiet fejn tittieħed it-tilqima tal-Moderna

Dan huwa l-aġġornament dwar il-Coronavirus fl-Awstralja għall-24 ta’ Settemberu 2021.

Victorian Police officers patrol through Bourke Street Mall ahead of a planned rally against mandatory Covid-19 vaccinations in Melbourne, Friday, September 24, 2021. (AAP Image/James Ross) NO ARCHIVING

Victorian Police officers patrol through Bourke Street Mall ahead of a planned rally in Melbourne, Friday, September 24, 2021. Source: AAP/James Ross

  • Fi NSW, terz tat-tfal bejn it-12 u l-15-il sena ħadu l-ewwel doża tat-tilqima
  • F’Victoria jitħabbru aktar dożi tal-vaċċin Moderna
  • Tikber il-lista ta’ postijiet li setgħu kienu esposti għall-virus fl-ACT
  • Ħamsin fil-mija tan-nies eliġibbli fl-Awstralja ħadu ż-żewġ dożi tat-tilqima

New South Wales

Fi NSW kienu rreġistrati 1,043 każ lokali ġdid u 11-il mewt.  

Fi NSW tnieda programm pilota biex iġib lura madwar 500 studenti internazzjonali li huma mlaqqma bil-vaċċin Pfizer, Moderna jew AstraZeneca.  

Traċċi tal-COVID-19 instabu f’kampjuni tad-drenaġġ minn Lightning Ridge fil-punent ta’ NSW, Jindabyne fin-nofsinhar ta’ NSW, Crookwell fin-Nofsinhar tat- Tablelands, u South Lismore fit-tramuntana ta’ NSW.

Victoria

F’Victoria kienu rreġistrati 733 każ lokali ġdid, b’84 fil-mija ta’ dawk infettati huma taħt il-50 sena. Mietet persuna waħda.  

Il-Ministru tas-Saħħa Martin Foley jgħid li aktar minn 700 spiżerija mal-istat kollu se jirċievu aktar minn 300,000 doża tal-Moderna fil-ġimgħat li ġejjin. Madwar 32,000 doża addizzjonali tal-vaċċin Moderna se jkunu allokati wkoll, f’postijiet tat-tilqim u jkunu disponibbli għal dawk bejn it-12 u l-59 sena.

Hawnhekk issib   viċin tiegħek.

Australian Capital Territory

Fit-territorju kienu rreġistrati 19-il każ lokali ġdid.

Ners li kienet imlaqqma minn Calvary Haydon Retirement Community fit-tramuntana ta’ Canberra ttestjat pożittiv għall-COVID-19. Fl-ACT issa hemm madwar 450 

Madwar l-Awstralja fl-aħħar 24 siegħa

  • Il-provi tal-kwarantina fid-dar fit-Tasmanja se jibdew illum, bil-vjaġġaturi jkollhom isegwu r-regoli bħal li jittestjaw negattiv għall-COVID-19 u li jkollhom trasport privat mill-ajruport biex jevitaw li jużaw is-servizzi pubbliċi.
    COVID-19 myths
    Source: SBS
Kwarantina, ivvjaġġar, kliniċi tal-ittestjar u pandemic disaster payment

Kwarantina u ħtiġijiet tal-ittestjar huma mmaniġġjati u implimentati mill-gvernijiet statali u territorjali.

Jekk trid tivvjaġġa barra l-Awstralja, tista’ tagħmel hekk billi tapplika onlajn għal eżenzjoni.  għal aktar informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet biex tħalli l-Awstralja. Hemm miżuri temporanji għal titjiriet internazzjonali li huma riveduti regolarment mill-gvern u aġġornati fuq il-websjat ta’ .



Iċċekkja r-riżorsi maqlubin bil-lingwa tiegħek ippubblikati mis-Servizz ta’ Komunikazzjoni tas-Saħħa Multikulturali ta’ NSW (NSW Multicultural Health Communication Service):


Kliniċi tal-ittestjar f’kull stat u territorju:

 
 

Informazzjoni dwar il-Pandemic disaster payment f’kull stat u territorju:

 
 
 

 


Share
Published 24 September 2021 5:13pm
Updated 24 September 2021 5:16pm
By SBS/ALC Content
Source: SBS


Share this with family and friends