Aġġornament dwar il-COVID-19: NSW tiddikjara 'emerġenza nazzjonali'

NSW Premier Gladys Berejiklian and Chief Health Officer Dr Kerry Chant

NSW Premier Gladys Berejiklian and Chief Health Officer Dr Kerry Chant at a press conference to provide a COVID-19 update Source: AAP Image/POOL/Mick Tsikas

  • Il-Kap Ufficjali tas-Saħħa ta' NSW Dr Kerry Chant iddikjarat 'emerġenza nazzjonali'
  • Il-Premjer Berejeklian titlob iktar dożi Pfizer tal-vaċċin COVID-19 għall-lbiċ u l-punent ta' Sydney
  • Minkejja n-numri baxxi fil-Victoria, il-Premjer Andrews ma jistax ibassar it-tmiem tal-lockdown
  • Il-vaċċin Pfizer approvat għat-tfal bejn it-12 u l-15 -il sena
New South Wales

NSW irreġistra 136 każ lokali ġdid, bi 53 minnhom infettivi waqt li kienu fil-kommunita' u kkonferma mewt waħda mill-bieraħ.

Ir-residenti li jgħixu fiż-żoni tal-Gvern lokali ta' Cumberland u Blacktown mhumiex permessi joħorġu minn djarhom għax-xogħol, ħlief jekk dawn jaħdmu fis-setturi tas-saħħa u l-emerġenza jew jinsabu fuq .


Sib hawn f'lista jew mappa.

Victoria

Victoria rreġistrat 14 każ ġdid, b'erba minn dawn infettivi waqt li kienu fil-kommunita'. In-numru kurrenti ta' każijiet attivi fl-istat huwa 158.

Jinsabu iktar minn 19,000 kuntatt primarju qrib li qegħdin jiżolaw lilhom infushom madwar l-istat.

Sib hawn f'lista jew mappa. Il-lockdown kurrenti se jibqa' fis-seħħ sa 11:59pm it-Tlieta, 27 ta' Lulju.

L-aħħar 24 siegħa madwar l-Awstralja

  • South Australia rreġistrat każ wieħed ġdid ta' Covid-19, waqt li l-awtoritajiet tas-saħħa jipproċessaw iktar minn 23,500 riżultat ta' testijiet. 
  • Ħaddiema fuq titjira ta' Qantas ittestjat fil-pożittiv fi QLD wara li serviet fuq sitt titjiriet reġjonali madwar l-istat.
  • Adulti taħt l-40 sena jkollhom jistennew sa Settembru jew Ottubru biex ikollhom aċċess għall-vaċċin ta' Pfizer, waqt li r-regolatur mediku Awstraljan TGA japprovah għat-tfal bejn 12 u 15 -il sena 
Eid al Adha (“Festival of the Sacrifice”) jispiċċa illum. Huwa importanti li tipproteġi lilek innifsek u lil oħrajn matul talb ta' Eid al-Fitr billi:

  • tagħżel li titlob mid-dar
  • tikkanċella ġemgħat kbar
  • tilbes il-maskra tiegħek
  • tuża tapit tiegħek għat-talb
Kwarantina, ivvjaġġar, kliniċi ta’ ttestjar u ħlas tad-diżastru kaġun tal-pandemija

Ħtiġijiet ta’ kwarantina u ttestjar huma mmaniġġjati u nfurzati mill-gvernijiet statali u territorjali:

Jekk trid tivvjaġġa barra l-Awstralja, tista’ tapplika online għal eżenzjoni.  għal aktar informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet biex tħalli l-Awstralja. Hemm miżuri temporanji għal titjiriet internazzjonali li jkunu riveduti regolarment mill-gvern u aġġornati fuq il-websajt  .




Hawnhekk issib, traduzzjoni ta’ .
Hawnhekk issib, traduzzjoni ta’ .



Kliniċi ta’ ttestjar f’kull stat u territorju:

 
 
Informazzjoni dwar ħlas tad-diżastru kaġun tal-pandemija f’kull stat u territorju:

 

 

 


Share
Published 23 July 2021 4:12pm
Updated 23 July 2021 4:38pm
By SBS/ALC Content
Source: SBS


Share this with family and friends