- Il-biċċa l-kbira tal-pazjenti fil-kura intensive fi NSW huma bla tilqima
- Persuni b’każi ġodda f’Victoria kienu infettivi waqt li kienu fil-komunità
- Aktar minn 300 paramediċi jingħaqdu fil-programm tat-tilqim fi Queensland
New South Wales
Fi New South Wales kienu rreġistrati 291 każ ġdid lokali, b’ta’ lanqas 48 minnhom kienu infettivi waqt li kienu fil-komunità. Kienet irreġistrata mewt oħra, b’mara li kellha fuq is-60 sena u li ma kinitx imlaqqma mietet fil-lbiċ ta’ Sydney.
Il-Premier Gladys Berejiklian ħabbret preżenza akbar tal-pulizija biex ikun żgurat li kulħadd jimxi mal-ordnijiet tas-saħħa pubblika fl-inħawi ta’ Canterbury-Bankstown, fejn kienet innutata l-akbar żjieda ta’ każi.
L-Uffiċjal Ewlieni tas-Saħħa Dr Kerry Chant tgħid li minn 50 persuna fil-kura intensiva, 44 minnhom ma kinux imlaqqma, waqt li l-oħrajn ħadu l-ewwel doża tal-vaċċin.
L-awtoritajiet fi NSW qegħdin iħeġġu lil kulħadd biex jieħu t-tilqima. .
Victoria
F’Victoria kienu rreġistrati sitt każi ġodda fil-komunità. Tnejn minn dawn il-każi tħabbru fil-5 ta’ Awwissu.
Is-sitt każi huma marbuta mal-infezzjonijiet Delta li kienu rrappurtati qabel imma ma kinux fi kwarantina waqt li kienu infettivi.
Il-lockdown tal-bieraħ kien ikkaġunat minn żewġ firxiet separati ta’ trasmissjoni, magħrufa bħala l-imxijiet ta’ Hobsons Bary u Maribyrnong.
Queensland
Fi Queensland kienu rreġistrati 10 każi ġodda fil-komunità, kollha marbuta mal-imxija eżistenti.
Aktar minn 330 spiżerija komunitarja issa qegħdin jagħtu lin-nies fi Queensland.
L-Uffiċjal tas-Saħħa Ewlieni Jeanette Young tgħid li għadu kmieni ħafna biex ikun magħruf jekk il-locdown fil-lbic ta’ Queensland jispiċċax fit-8 ta’ Awwissu.
Kwarantina, ivvjaġġar, kliniċi tal-ittestjar u pandemic disaster payment
Kwarantina u ħtiġijiet tal-ittestjar huma mmaniġġjati u implimentati mill-gvernijiet statali u territorjali.
Jekk trid tivvjaġġa barra l-Awstralja, tista’ tagħmel hekk billi tapplika onlajn għal eżenzjoni. għal aktar informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet biex tħalli l-Awstralja. Hemm miżuri temporanji għal titjiriet internazzjonali li huma riveduti regolarment mill-gvern u aġġornati fuq il-websjat ta’ .
- Aħbarijiet u informazzjoni f’aktar minn 60 lingwa f’
- Linji gwida relevanti għall-istat jew territorju fejn toqgħod: , , , , , , .
- Informazzjoni dwar .
Iċċekkja r-riżorsi maqlubin bil-lingwa tiegħek ippubblikati mis-Servizz ta’ Komunikazzjoni tas-Saħħa Multikulturali ta’ NSW (NSW Multicultural Health Communication Service):
Kliniċi tal-ittestjar f’kull stat u territorju:
Informazzjoni dwar il-Pandemic disaster payment f’kull stat u territorju: