Aġġornament dwar il-COVID-19: L-Istat ta’ NSW iħabbar it-tagħlim wiċċ imb wiċċ minn Ottubru

Dan huwa l-aġġornament dwar il-Coronavirus fl-Awstralja għas-27 ta’ Awwissu 2021.

Mass Vaccination hub at Qudos Arena in Sydney,

Thousands of Year 12 HSC students got their Pfizer vaccinations at the Mass Vaccination hub at Qudos Arena in Sydney, Monday, August 9, 2021. Source: AAP Image/Dean Lewins

  • L-eżamijiet tal-HSC ittardjati sad-9 ta’ Novembru
  • Wieħed minn kull 10 każi tal-virus jinsabu f’Shepparton
  • L-ACT taġġusta r-restrizzjonijiet tan-negozju waqt lockdown
  • ATAGI japprovaw il-Pfizer għal tfal bejn it-12 u l-15-il sena

New South Wales 

Fl-istat ta’ NSW kienu rreġistrati 882 każ ġdid lokali. Aktar minn 80 fil-mija tal-każi kienu rreġistrati fil-punent u l-lbiċ ta’ Sydney. Żewġt irġiel li kellhom fuq is-sittin u d-disgħin sena mietu.

Il-Premier Gladys Berejiklian ħabbret pjan għar-ritorn tal-istudenti fl-iskejjel:

  • Mill-25 ta’ Ottubru – Studenti tal-Kindergarten u Year 1
  • Mill-1 ta’ Novembru - Year 2, 6 u 11
  • Mit-8 ta’ Novembru - Year 3, 4, 5, 7, 8, 9 u 0
It-tilqim għall-istaff kollu tal-iskejjel fis-setturi kollha se jkun tabilfors mit-8 ta’ Novembru, imma se jingħataw aċċess ta’ prijorità għall-vaċċin mis-6 ta’ Settembru.  

Ibbukkja għal   illum.

Victoria
Fl-istat ta’ Victoria kienu rreġistrati 79 każ ġdid lokali. 53 minnhom kienu marbuta ma’ imxijiet ta’ kazi magħrufa u 26 każ mhux magħruf minn fejn ittieħdu.

Madwar 16,000 resident fir-reġjun ta’ Shepparton, li għandu popolazzjoni ta’ 65,000 huwa maħsub li qegħdin f’iżolazzjoni. Dan ikkaġuna l-għeluq tad-distribuzzjoni tal-ikel, supermarkets u spiżeriji minħabba nuqqas ta’ ħaddiema.

Hawnhekk issib   viċin tiegħek.

Australian Capital Territory
Fit-Territorju Kapitali Awstraljan kienu rreġistrati 21 każ ġdid lokali. Hekk in-numru totali ta’ każi attivi huwa ta’ 209.

Fil-kapitali nazzjonali tħabbru  li se jibdew iseħħu min-11.59pm illum.

Ikklikkja hawnhekk biex tiċċekkja l-eliġibilità tiegħek   

Madwar l-Awstralja fl-aħħar 24 siegħa
  • Fix-xlokk ta’ Queensland jitnaqqsu aktar  mill-4pm tallum.
  • Il-Grupp ta’ Konsulenza Teknika dwar it-Tilqim fl-Awstralja approva l-vaċċin Pfizer kontra l-COVID-19 għat-tfal bejn it-12 u l-15-il sena.
Kwarantina, ivvjaġġar, kliniċi tal-ittestjar u pandemic disaster payment

Kwarantina u ħtiġijiet tal-ittestjar huma mmaniġġjati u implimentati mill-gvernijiet statali u territorjali.

Jekk trid tivvjaġġa barra l-Awstralja, tista’ tagħmel hekk billi tapplika onlajn għal eżenzjoni.  għal aktar informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet biex tħalli l-Awstralja. Hemm miżuri temporanji għal titjiriet internazzjonali li huma riveduti regolarment mill-gvern u aġġornati fuq il-websjat ta’ .



Iċċekkja r-riżorsi maqlubin bil-lingwa tiegħek ippubblikati mis-Servizz ta’ Komunikazzjoni tas-Saħħa Multikulturali ta’ NSW (NSW Multicultural Health Communication Service):


Kliniċi tal-ittestjar f’kull stat u territorju:

 
 

Informazzjoni dwar il-Pandemic disaster payment f’kull stat u territorju:

 
 
 


Share
Published 27 August 2021 5:38pm
By SBS/ALC Content
Source: SBS


Share this with family and friends