Aġġornament dwar il-COVID-19: Fi NSW jitħabbar li ‘ħbieb jistgħu jiltaqgħu fi grupp żgħir’, waqt li f’Victoria jinqabeż s-600 każ kuljum tal-virus.

Dan huwa l-aġġornament dwar il-Coronavirus fl-Awstralja għall-21 ta’ Settembru 2021.

Extremists' blasted as hundreds march in Melbourne during another vaccine protest

Extremists' blasted as hundreds march in Melbourne during another vaccine protest Source: AAP/James Ross

  • Byron, Kempsey u Tweed fi NSW jerġgħu jidħlu f’lockdown
  • Fil-Victoria issa hemm 6,000 każ attiv tal-COVID-19
  • Fl-ACT jitħabbru aktar fondi għas-servizzi tas-saħħa mentali

New South Wales

Fi NSW kienu rreġistrati 1,022 każ lokali ġdid u 10 imwiet. Bħalissa, 53 fil-mija  ta’ dawk ir-residenti eliġibbli ħadu ż-żewġ dożi tat-tilqima.

L-inħawi tal-gvern lokali ta’ Byron Shire, Kempsey u Tweed se jerġgħu jidħlu f’lockdown ta’ sebat ijiem mill-5pm illum wara li persuna li ttestjat pożittiv għall-Covid minn Sydney żaret diversi komunitajiet fuq il-kosta tat-tramuntana ta’ NSW.

Millum, grupp ta’ tlett iħbieb taħt l-età ta’ 18-il sena jistgħu jżuru lil xulxin fid-dar sakemm joqogħdu f’distanza ta’ 5 kilometri bogħod minn xulxin u fl-istess erja lokali. Dan ‘iċ-ċirku ta’ ħbieb’ huwa permess biss fi djar fejn l-adulti kollha jkunu mlaqqma kompletament.

Ir-Red Cross fl-Awstralja qed tagħti  lil dawk fuq viża temporanja jew lil dawk affettwati mil-lockdows fi NSW.

Victoria

F’Victoria kienu rreġistrati 603 każ ġdid lokali u mewt waħda.

Ma’ Melbourne Metropolitana, Geelong, u l-Kosta, Ballarat u Mitchell Shire, l-industrija tal-kostruzzjoni ngħalqet għal ġimagħtejn wara diversi imxijiet tal-Covid, b’rabta mal-industrija tal-bini. Bħalissa hemm 403 każi pożittivi marbuta ma' din l-industrijra, f’186 post ta’ bini differenti.

L-istat ta’ Victoria se jirċievi aktar minn 300,000 tilqima tal-Moderna mal-istat kollu.

Hawnhekk issib  viċin tiegħek.

Australian Capital Territory

Fit-territorju kienu rreġistrati 16-il każ ġdid lokali.  

Il-Ministru Ewlieni, Andrew Barr ħabbar $14-il miljun addizzjonali bħala fondi ta’ sapport għas-saħħa mentali u servizzi għal dawk b'vizzji tal-alkoħol u drogi oħra fit-territorju kollu.

Ikklikkja hawnhekk
Domestic violence during COVID-19 pandemic
Domestic infographic Source: SBS
Kwarantina, ivvjaġġar, kliniċi tal-ittestjar u pandemic disaster payment

Kwarantina u ħtiġijiet tal-ittestjar huma mmaniġġjati u implimentati mill-gvernijiet statali u territorjali.

Jekk trid tivvjaġġa barra l-Awstralja, tista’ tagħmel hekk billi tapplika onlajn għal eżenzjoni.  għal aktar informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet biex tħalli l-Awstralja. Hemm miżuri temporanji għal titjiriet internazzjonali li huma riveduti regolarment mill-gvern u aġġornati fuq il-websjat ta’ .



Iċċekkja r-riżorsi maqlubin bil-lingwa tiegħek ippubblikati mis-Servizz ta’ Komunikazzjoni tas-Saħħa Multikulturali ta’ NSW (NSW Multicultural Health Communication Service):


Kliniċi tal-ittestjar f’kull stat u territorju:

 
 

Informazzjoni dwar il-Pandemic disaster payment f’kull stat u territorju:

 
 
 


Share
Published 21 September 2021 2:16pm
Updated 21 September 2021 2:21pm
By SBS/ALC Content
Source: SBS


Share this with family and friends