Aġġornament dwar il-COVID-19 – NSW u t-Tasmanja jħabbru provri ġodda ta’ kwarantina fid-dar

Dan huwa l-aġġornament dwar il-Coronavirus fl-Awstralja għas-17 ta’ Settembru 2021.

Dr Jamal Rifi administers a Covid vaccine to 12 year old Bailee Little at a pop-up drive through vaccination clinic at Belmore Oval, in Sydney, Friday, September 17, 2021.

Dr Rifi administers Covid vaccine to 12 year old at a pop-up drive through vaccination clinic at Belmore Oval, in Sydney, September 17, 2021. Source: AAP Image/Dan Himbrechts

  • Fi NSW jitħabbru provi ta’ kwarantina fid-dar għal vjaġġaturi li jkunu mlaqqma kompletament
  • Fil-Victoria jitħaffu xi restrizzjonijiet min-nofsillejl
  • Tilqim ta’ bilfors għas-settur tal-kura tal-anzjani fl-ACT
  • Fi Queensland irreġistrat każ ieħor fil-komunità fi kwarantina fid-dar.
New South Wales
Fi NSW kienu rreġistrati 1,284 każ lokali ġdid u 12-il mewt oħra, inklużi żewġt irġiel li kellhom fuq l-għoxrin sena. Tlieta minn dawn li tilfu ħajjithom kienu residenti f’faċilitajiet tal-kura tal-anzjani f’Dubbo, u sebgħa ma kinux imlaqqma.

Il-Premier ta’ NSW Gladys Berejiklian ħabbret pjanijiet biex tibda bi prova kwarantina ta’ sebat ijiem ibbażata fid-dar għal vjaġġaturi li jkunu ħadu ż-żewġ dożi tal-vaċċin tal-COVID-19 akkreditat mit-TGA. Il-provi inizjali se jinvolvu 175 persuna u mistennija li jibdew fl-aħħar tax-xahar. Ikklikkja hawnhekk biex   illum.   

Victoria
F’Victoria kienu rreġistrati 510 każi ġodda lokalment u mewt waħda.

Min-nofsillejl illum, dawk li ma jkunux imlaqqma jew imlaqqma parzjalment se jkunu jistgħu jiltaqgħu ma’ persuna oħra minn dar differenti għal mixja jew piknik, waqt li n-numru jitla’ għal ħamsa minn żewġt idjar differenti, flimkien mad-dipendenti tagħhom, għal dawk l-adulti li jkunu mlaqqma kompletament.

Il-pjan komplut tal-gvern li jtemm il-lockdown, li jinkludi r-restrizzjonijiet matul ix-xahar ta’ Novembru, se jkun magħruf il-Ħadd, 19 ta’ Settembru.

Hawnhekk issib  viċin tiegħek.

Australian Capital Territory
Fit-territorju kienu rreġistrati 30 każ lokali ġdid, b’ta’ lanqas 14 minnhom kienu infettivi fil-komunità.

Millum, kien introdott tilqim ta’ bilfors għas-settur tal-kura tal-anzjani. Ħaddiema li ma jkunux imlaqqma ma jistgħux jidħlu fuq il-post tax-xogħol tagħhom qabel jieħdu l-ewwel doża tal-vaċċin tal-COVID-19.

Ikklikkja hawnhekk                                                                                                       

Madwar l-Awstralja fl-aħħar 24 siegħa
  • Mill-ġimgħa d-dieħla, it-Tasmanja se tibda kwarantina ta’ 30 ġurnata fid-dar bi prova għal dawk il-vjaġġaturi li jkunu mlaqqma kompletament minn NSW reġjonali.
Kwarantina, ivvjaġġar, kliniċi tal-ittestjar u pandemic disaster payment

Kwarantina u ħtiġijiet tal-ittestjar huma mmaniġġjati u implimentati mill-gvernijiet statali u territorjali.

Jekk trid tivvjaġġa barra l-Awstralja, tista’ tagħmel hekk billi tapplika onlajn għal eżenzjoni.  għal aktar informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet biex tħalli l-Awstralja. Hemm miżuri temporanji għal titjiriet internazzjonali li huma riveduti regolarment mill-gvern u aġġornati fuq il-websjat ta’ .



Iċċekkja r-riżorsi maqlubin bil-lingwa tiegħek ippubblikati mis-Servizz ta’ Komunikazzjoni tas-Saħħa Multikulturali ta’ NSW (NSW Multicultural Health Communication Service):


Kliniċi tal-ittestjar f’kull stat u territorju:

 
 

Informazzjoni dwar il-Pandemic disaster payment f’kull stat u territorju:

 
 

Share
Published 17 September 2021 7:36pm
By SBS/ALC Content
Source: SBS


Share this with family and friends