- L-ewwel konsinna tal-vaċċin Novavax waslet l-Awstralja minn Singapore. Il-konsinna tinkludi l-ewwel tliet miljun doża tal-vaċċin li se tibda titqassam fil-21 ta’ Frar.
- Sa 1, 700 ħaddiem/a tal-Forza tad-Difiża Awstraljana se jintbagħtu biex inaqqsu l-pressjoni fuq is-sistema tal-kura tal-anzjani. Madankollu dawk li jaħdmu favur l-anzjani jgħidu li dan in-numru mhux biżżejjed biex itaffi s-sitwazzjoni ta’ nuqqas ta’ ħaddiema.
- Fi NSW, 44 fil-mija tal-popolazzjoni eliġibbli issa ħadet it-tielet doża tal-vaċċin tal-COVID. Fil-Victoria 46 fil-mija tal-adulti ħadu t-tliet dożi.
- Il-gvern ta’ Victoria se jespandi l-aċċess tar-rapid antigen tests u jipprovdi lill-familji bi tfal bejn l-età ta’ tliet snin u ħames snin fid-daycare li jieħdu kits tat-testijiet id-dar fil-ġimgħat li ġejjin.
- Waqt li n-numri ta’ każijiet tal-virus qegħdin jonqsu f’ħafna stati, in-Northern Territory huwa l-aktar territorju b’każijiet ta’ nies l-isptar minħabba l-COVID skont ir-rata medja tal-popolazzjoni.
Statistika dwar il-COVID-19:
Fi NSW kienu rrappurtati 2068 pazjent l-isptar b’132 jinsabu fil-kura intensiva. Kien hemm 18-il mewt oħra u 9,690 każ ġdid tal-COVID-19.
Fil-Victoria, 575 persuna jinsabu l-isptar, bi 72 fl-ICU. Kien hemm 20 mewt oħra u 9,785 infezzjoni ġdida.
Fi Queensland hemm 705 persuna l-isptar, inklużi 45 fil-kura intensiva, 12-il mewt u 5,178 każ ġdid.
Fit-Tasmanja hemm 15-il persuna l-isptar, 601 każ ġdid u l-ebda mwiet.
Diversi stati għandhom formoli ta’ reġistrazzjoni tar-Rapid Antigen Test
Kwarantina u restrizzjonijiet skont kull stat partikulari:
Ivvjaġġar
u informazzjoni dwar l-ivvjaġġar u l-Covid-19
Għajnuna finanzjarja
Hemm bidliet fid-Disaster Payment għall-COVID-19 meta l-istati jilħqu 70 u 80 fil-mija tal-popolazzjoni tagħhom li tkun imlaqqma kompletament:
- Aħbarijiet u informazzjoni f’aktar minn 60 lingwa f’
- Linji gwida relevanti għall-istat jew territorju fejn toqgħod: , , , , , , .
- Informazzjoni dwar
Iċċekkja r-riżorsi maqlubin bil-lingwa tiegħek ippubblikati mis-Servizz ta’ Komunikazzjoni tas-Saħħa Multikulturali ta’ NSW (NSW Multicultural Health Communication Service):
Kliniċi tal-ittestjar f’kull stat u territorju: