Aġġornament dwar il-COVID-19: Il-lockdown fin-Northern Territory estiż għal sebat ijiem

Dan huwa l-aġġornament dwar il-Coronavirus fl-Awstralja għas-16 ta’ Novembru 2021.

Kiongozi wa Wilaya ya Kaskazini Michael Gunner amewahamasisha wakaazi wa NT wafanye vipimo na wachanjwe

Ministro Chefe do Território do Norte, Michael Gunner fez um apelo para que comunidades indígenas se vacinem. Source: AAP Image/Aaron Bunch

  • Il-lockdown ta’ tlett ijiem fl-inħawi ta’ Katherine fin-NT ġie estiż għal sebat ijiem wara disa’ każi ġodda. Il-każi kollha fin-NT huma ta’ Aboriġini li joqogħdu hemmhekk. Il-Ministru Ewlieni Michael Gunner ħeġġeġ lill-komunitajiet kollha biex ikunu mlaqqma.
  • L-istat ta’ Queensland reġa’ fetaħ il-fruntieri għal vjaġġaturi minn NSW li jagħmlu kwarantina fid-dar.
  • Inkjesta ta’ ħames ġimgħat dwar l-imwiet bil-coronavirus fid-Djar tal-Anzjani ta’ St Basil bdiet waqt li l-istat ta’ Victoria beda jinvestiga waħda mill-imxijiet tal-virus li qatlet l-aktar nies fil-faċilitajiet tal-kura tal-anzjani.
  • Il-hotline nazzjonali dwar il-kitba u l-qari, The Reading Writing Hotline rreġistrat żjieda ta’ 46 fil-mija fit-talbiet minn Ottubru ‘l hawn dwar messaġġi tas-saħħa konfużi li għandhom x’jaqsmu mat-tilqim tal-COVID.
  • Il-parlament fil-Victoria qed jiddibatti l-liġijiet proposti dwar il-pandemija fost aktar protesti.

STATISTIKA DWAR IL-COVID-19:

  • Fil-Victoria kienu rreġistrati 797 każ ġdid lokali u tmien imwiet.
  • Fi NSW kienu rreġistrati 212 każ ġdid fil-komunità u żewġt imwiet.
  •  Fl-ACT kienu rreġistrati 12-il każ lokali ġdid u fin-NT disgħa.
  • Fi New Zealand kien rreġistrat l-ogħal numru ta’ każi mindu bdiet il-pandemija: 222 każ mewt waħda.
Kwarantina, ivvjaġġar, kliniċi tal-ittestjar u pandemic disaster payment

Kwarantina u ħtiġijiet tal-ittestjar huma mmaniġġjati u implimentati mill-gvernijiet statali u territorjali.

Jekk trid tivvjaġġa barra l-Awstralja, tista’ tagħmel hekk billi tapplika onlajn għal eżenzjoni.  għal aktar informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet biex tħalli l-Awstralja. Hemm miżuri temporanji għal titjiriet internazzjonali li huma riveduti regolarment mill-gvern u aġġornati fuq il-websjat ta’ .



Iċċekkja r-riżorsi maqlubin bil-lingwa tiegħek ippubblikati mis-Servizz ta’ Komunikazzjoni tas-Saħħa Multikulturali ta’ NSW (NSW Multicultural Health Communication Service):


Kliniċi tal-ittestjar f’kull stat u territorju:

 
 

Informazzjoni dwar il-Pandemic disaster payment f’kull stat u territorju:

 
 

Share
Published 16 November 2021 2:59pm
Updated 19 November 2021 6:28pm
By SBS/ALC Content
Source: SBS


Share this with family and friends