- In-Northern Territory se jibqa’ l-lockdown jew lockout sal-4 ta’ Diċembru wara li fl-istat kienu rreġistrati 3 każi oħra lokali ġodda, li wieħed minnhom kien ta’ tarbija.
- Il-Premier ta’ Queensland Annastacia Palaszczuk tgħid li vjaġġi ta’ malajr lejn Sydney ‘m’humiex permessi’ sakemm fi Queensland ikun hemm 90 fil-mija tal-popolazzjoni mlaqqma.
- Fi NSW qed ikun mitlub li jkun hemm taqliba sħiħa fis-sistema tal-ittestjar għal vjaġġaturi domestiċi.
- F’South Australia infetaħ l-ivvjaġġar mingħajr kwarantina għal vjaġġaturi minn NSW, ACT u Victoria. 43,000 vjaġġatur applikaw permezz tal-websajt mill-Ġimgħa fil-għaxija.
- Dawk li jivvaġġaw minn Inħawi tal-Gvern Lokali b’anqas minn 80 fil-mija tar-rata tat-tilqim u trasmissjoni tal-virus fil-komunità jkunu jridu jagħmlu kwarantina f’South Australia.
STATISTIKA DWAR IL-COVID-19:
- Fil-Victoria kienu rreġistrati 827 każ lokali u 19-il mewt. Minn dawk li mietu, 17 ma kinux imlaqqma.
- Fi NSW kienu rreġistrati 173 każ ġdid fil-komunità u żewġt imwiet.
- Fl-ACT kienu rreġistrati 19-il każ lokali ġdid.
Kwarantina u restrizzjonijiet skont kull stat partikulari:
Ivvjaġġar
u informazzjoni dwar l-ivvjaġġar u l-Covid-19
Għajnuna finanzjarja
Hemm tibdiliet dwar id-Disaster Payment għall-COVID-19 meta l-istati jilħqu 70 u 80 fil-mija tal-popolazzjoni tagħhom li tkun imlaqqma kompletament:
- Aħbarijiet u informazzjoni f’aktar minn 60 lingwa f’
- Linji gwida relevanti għall-istat jew territorju fejn toqgħod: , , , , , , .
- Informazzjoni dwar .
Iċċekkja r-riżorsi maqlubin bil-lingwa tiegħek ippubblikati mis-Servizz ta’ Komunikazzjoni tas-Saħħa Multikulturali ta’ NSW (NSW Multicultural Health Communication Service):
Kliniċi tal-ittestjar f’kull stat u territorju: