- Każ ġdid tal-infezzjoni tal-virus Omicron fi NSW huwa ssuspettat li huwa l-ewwel trasmissjoni fil-komunità ta’ dan il-varjant fl-Awstralja.
- Fin-Northern Territory kienet irreġistrata l-ewwel mewt bil-COVID. In-NT kienet l-uniku ġuriżdizzjoni Awstraljana fejn ma kinitx seħħet mewt bil-COVID s’issa.
- Il-ministru tas-saħħa federali ħabbar li l-pjan nazzjonali tal-ftuħ mill-ġdid tal-pajjiż għadu kif kien.
- Mexxejja tal-komunità Afrikana-Awstraljana kkritikaw id-deċiżjoni tal-gvern li jimponi bans tal-ivvjaġġar fuq disa’ pajjiżi Afrikani wara li tfaċċa l-varjant Omicron.
- Western Australia ibbannjat il-vjaġġaturi li jaslu minn South Australia, wara li r-riskju tal-coronavirus għal stati oħra nbidel minn “baxx” għal “medju”.
- Il-grupp ta’ esperti nazzjonali dwar il-vaċċin, ATAGI, qal li m’hemmx bidla fiż-żmien meta għandha tingħata t-tilqima tal-booster.
- Il-gvern federali ħabbar $540 miljun fondi aktar għall-miżuri ta’ protezzjoni kontra l-COVID.
- It-Tasmanja se tibdel tagħha mill-15 ta’ Diċembru.
STATISTIKA DWAR IL-COVID-19:
F’Victoria kienu rreġistrati 1,188 każ lokali u 11-il mewt.
Fi NSW kienu rreġistrati 337 każ ġdid fil-komunità.
Fl-ACT kienu rreġistrati erba’ każi ġodda, fin-NT tnejn.
Kwarantina u restrizzjonijiet skont kull stat partikulari:
Ivvjaġġar
u informazzjoni dwar l-ivvjaġġar u l-Covid-19
Għajnuna finanzjarja
Hemm tibdiliet dwar id-Disaster Payment għall-COVID-19 meta l-istati jilħqu 70 u 80 fil-mija tal-popolazzjoni tagħhom li tkun imlaqqma kompletament:
- Aħbarijiet u informazzjoni f’aktar minn 60 lingwa f’
- Linji gwida relevanti għall-istat jew territorju fejn toqgħod: , , , , , , .
- Informazzjoni dwar .
Iċċekkja r-riżorsi maqlubin bil-lingwa tiegħek ippubblikati mis-Servizz ta’ Komunikazzjoni tas-Saħħa Multikulturali ta’ NSW (NSW Multicultural Health Communication Service):
Kliniċi tal-ittestjar f’kull stat u territorju: