- Dawk l-Awstraljani li huma mlaqqma kompletament li huma eliġibbli li jivvjaġġaw lejn New Zealand mhux se jkollhom għaliex jiżolaw aktar mill-Erbgħba 2 ta' ta’ Marzu f’11.59pm.
- L-ittestjar hekk kif tasal u fil-5 u s-sitt ġurnata jibqgħu meħtieġa.
- , inklużi residenti, is-sieħeb/sieħba tagħhom, tfal dipendenti u ġenituri.
- Western Australia se tintroduċi restrizzjonijiet aktar stretti mill-Ħamis 3 ta’ Marzu, fl-istess ġurnata li l-istat jiftaħ il-fruntieri tiegħu.
- jinkludu l-ilbies tal-maskri bilfors għat-tfal minn Year 3, ġemgħat ta’ nies fid-dar b’limitu ta’ 10 persuni, avvenimenti barra b’massimu ta’ 500 persuna u teatri u ċinema b’limitu ta’ 50 fil-mija tal-kapaċità.
- L-awtoritajiet ta’ Ħong Kong m’humiex qegħdin jeskludu lockdowm mill-ġdid. B’34,466 każ ġdid il-bieraħ, is-sitwazzjoni kull ma jmur qed issir diffiċli bil-faċilitajiet fejn jinżammu l-iġsma mejtin fl-isptarijiet u kmamar tal-mejtin pubbliċi mimlija.
Statistika dwar il-COVID-19 fl-Awstralja
Fi New South Wales kienu rrappurtati 1,098 pazjent l-isptar b’49 fil-kura intensiva. Kien hemm 9 mwiet, u 8,874 każ ġdid tal-COVID-19.
Fil-Victoria, 255 persuna jinsabu l-isptar b’41 fl-ICU u 5 fuq il-ventilators. Kien hemm 18-il mewt u 6,879 infezzjoni ġdida.
Fit-Tasmanja ma kien l-ebda mewt f’957 każ ġdid tal-COVID-19. 13 il-persuna jinsabu l-isptar bil-COVID-19, tnejn minnhom jeħtieġu kura intensiva.
Fl-ACT 45 persuna issa jinsabu l-isptar bil-COVID-19, ħadd minnhom m’hu fil-kura intensiva, b’692 infezzjoni ġdida rrappurtata.
Fejn issib klinika tal-ittestjar tal-COVID-19
Irreġistra r-riżultati tar-RAT hawnhekk, jekk tkun pożittiv/a