- Il-Premier tgħid li l-ksur tar-regoli tar-restrizzjonijiet iżidu n-numru ta’ każi fi NSW
- Fil-Victoria n-nies qegħdin jitlaqqmu f’numri kbar
- Il-każi ġodda fi Queensland kienu fi kwarantina waqt li kienu infettivi
- L-Amministrazzjoni tal-Affarijiet Terapewtiċi tapprova proviżjonalment il-vaċċin Moderna tal-COVID-19
New South Wales
Fi NSW kienu rreġistrati 356 każ ġdid tal-virus fil-komunità. Terz minnhom kienu fil-komunità waqt li kienu infettivi. Tlett anzjani li ma kellhomx it-tilqima mietu. B’hekk in-numru ta’ mwiet b’rabta mal-COVID-19 matul din l-aħħar imxija issa huwa 32.
L-Inħawi tal-Gvern Lokali ta’ Byron Shire, Richmond Valley, Lismore u Ballina issa qegħdin f’lockdown sa 12.01am tat-Tlieta 17 ta’ Awwissu.
Il-Premier Gladys Berejiklian tgħid li n-nuqqas li n-nies ma jimxux mal-ordinijiet tas-saħħa pubblika jibqa’ r-raġuni ewlenija għaliex il-virus qed jinxtered u tħeġġeġ lil kulħadd biex jieħu t-tilqima.
Victoria
F’Victoria kienu rreġistrati 20 każ ġdid fil-komunità, kollha marbuta ma’ imxijiet tal-virus magħrufa. 5 biss minnhom kienu fi kwarantina waqt li kienu nfettivi
Il-Ministru tas-Saħħa Martin Foley jgħid li hemm 333,000 appuntament għall-vaċċin ibbukkjati sax-xahar id-diehel.
Residenti f’Melbourne li jiddeċiedu li jmorru f’inħawi reġjonali jistgħu jiffaċċjaw multa li tlaħħaq sa $5,000. Sa 200 pulizija huma mqabbda biex josservaw it-toroq ewlenin u mwarrba madwar l-istat għal min ikun qed jikser il-liġi.
Fl-aħħar 24 siegħa madwar l-Awstralja
- Queensland irreġistrat 3 każi ġodda lokali. Hawnhekk issib ir-
- Il-gvern assigura 25 miljun doża tal-vaċċin Moderna għall-COVID-19, b’għaxar miljun doża mistennija jaslu qabel l-aħħar tas-sena 2021.
Kwarantina, ivvjaġġar, kliniċi tal-ittestjar u pandemic disaster payment
Kwarantina u ħtiġijiet tal-ittestjar huma mmaniġġjati u implimentati mill-gvernijiet statali u territorjali.
Jekk trid tivvjaġġa barra l-Awstralja, tista’ tagħmel hekk billi tapplika onlajn għal eżenzjoni. għal aktar informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet biex tħalli l-Awstralja. Hemm miżuri temporanji għal titjiriet internazzjonali li huma riveduti regolarment mill-gvern u aġġornati fuq il-websjat ta’ .
- Aħbarijiet u informazzjoni f’aktar minn 60 lingwa f’
- Linji gwida relevanti għall-istat jew territorju fejn toqgħod: , , , , , , .
- Informazzjoni dwar .
Iċċekkja r-riżorsi maqlubin bil-lingwa tiegħek ippubblikati mis-Servizz ta’ Komunikazzjoni tas-Saħħa Multikulturali ta’ NSW (NSW Multicultural Health Communication Service):
Kliniċi tal-ittestjar f’kull stat u territorju:
Informazzjoni dwar il-Pandemic disaster payment f’kull stat u territorju: