- Il-Gvern Federali neħħa l-bżonn f’każ ikkonfermat ta-COVID-19 biex jittieħed rapid antigen test fis-sitt ġurnata qabel jintemm il-perjodu ta’ iżolazzjoni.
- Mexxejja statali qablu dwar deninizzjoni ġdida ta’ ‘ (kuntatt mill-qrib’ li issa tapplika għal New South Wales, Victoria, l-ACT u Queensland.
- It-Tasmanja mistennija li ssegwi d-definizzjoni ġdida mill-1 ta’ Jannar; Western Australia u n-Northern Territory se jħabbru x’se jagħmlu fil-jiem li ġejjin waqt li South Australia ma aċċettatx ir-regoli ġodda.
- ‘Kuntatt mill-qrib‘ issa huwa defenit bħala xi ħadd li joqgħod – jew li kien f’ambjent ta’ sitwazzjoni fid-dar – ma’ persuna b’każ ikkonfermat għal tal-anqas erba’ sigħat.
- B’kontradizzjoni mal-aħbar tal-bieraħ, l-Uffiċjal Ewlieni tas-Saħħa Pubblika f’South Australia, jgħid li kuntatt mill-qrib jinkludi kull min jgħaddi aktar minn 15-il minuta ma’ xi ħadd b’każ pożittiv.
- Fil-biċċa l-kbira tal-istati persuni b’każi pożittivi tal-COVID-19 u kuntatti mill-qrib għandhom jiżolaw għal sebat ijiem u jagħmlu rapid antigen test fis-sitt ġurnata; f’South Australia l-perjodu ta’ iżolazzjoni jibqa’ ta’ 10 ijiem.
- It-Tasmanja se twaqqaf it-test tal-PCR għal vjaġġaturi minn stat ieħor mill-1 ta’ Jannar.
- Tarbija taħt is-sentejn li kienet pożittiva bil-COVID mietet f’South Australia, ghalkemm il-każ tal-mewt għadu jrid jiġi determinat.
- L-Awstralja laħqet livell ieħor ta’ tilqim b’90 fil-mija tan-nies fuq is-16-il sena ħadu ż-żewġ dożi tat-tilqima.
- Il-prezz tal-kits tar-rapid antigen test qed jogħla waqt li l-provvista tagħhom naqset, b’rapporti li spiżerija f’Sydney qed tiċċarġja $25 għal kull test.
STATISTIKA DWAR IL-COVID-19:
Fi New South Wales kienu rreġistrati 21,151 każ ġdid tal-COVID-19 u sitt imwiet, waqt li fil-Victoria kienu rrappurtati 5,919 infezzjoni ġdida u sebat imwiet.
Fi Queensland kienu rrappurtati 3,118 każ, u 137 infezzjoni kienu rreġistrati fit-Tasmanja.
Kwarantina u restrizzjonijiet skont kull stat partikulari:
Ivvjaġġar
u informazzjoni dwar l-ivvjaġġar u l-Covid-19
Għajnuna finanzjarja
Hemm tibdiliet dwar id-Disaster Payment għall-COVID-19 meta l-istati jilħqu 70 u 80 fil-mija tal-popolazzjoni tagħhom li tkun imlaqqma kompletament:
- Aħbarijiet u informazzjoni f’aktar minn 60 lingwa f’
- Linji gwida relevanti għall-istat jew territorju fejn toqgħod: , , , , , , .
- Informazzjoni dwar .
Iċċekkja r-riżorsi maqlubin bil-lingwa tiegħek ippubblikati mis-Servizz ta’ Komunikazzjoni tas-Saħħa Multikulturali ta’ NSW (NSW Multicultural Health Communication Service):
Kliniċi tal-ittestjar f’kull stat u territorju: