- L-istat ta’ Victoria jirreġistra 16-il mewt tal-COVID-19 u 2,189 każ lokali ġdid waqt li l-lockdown jispiċċa
- Il-linja tal-ajru Qantas qed tippjana l-bidu mill-ġdid ta’ titjiriet internazzjonali aktar kmieni milli kien ippjanat
- Il-Prim MInistru Scott Morrison jghid, li l-gvern jinsab fl-aħħar stadju li jiżgura vvjaġġar limitat ma’ Singapore.
Victoria
Fl-istat ta’ Victoria kienu rreġistrati 2,189 każ lokali ġdid tal-COVID-19 waqt li l-belt ta’ Melbourne ħarget mil-itwal lockdown fid-dinja. Kien hemm ukoll 16-il mewt oħra.
L-istat jinsab fid-direzzjoni biex sat-30 ta’ Ottubru 80 fil-mija tan-nies ikunu ħadu ż-żewġ dożi tat-tilqima. Dan seħħ ġimgħa qabel id-data tal-5 ta’ Novembru kif kien ikkalkulat qabel.
Il-Premier Daniel Andrews qal li Victoria se twarrab il-ħtieġa ta’ kwarantina għal dawk l-Awstraljani li jkunu mlaqqma kompletament li jaslu minn barra mill-1 ta’ Novembru.
New South Wales
Fi New South Wales kienu rreġistrati 345 każ lokali ġdid tal-COVID-19 u 5 imwiet waqt li l-istat qed jipprepara li n-numru ta’ infezzjonijiet jikber wara l-ftuħ mil-lockdown.
Waqt li kien qed jitkellem fl-Ajruport ta’ Sydney, il-Premier Domenic Perrotet qal li l-istat jinsab fit-triq ta’ rkupru waqt li Qantas ħabbar li se jġib il-ħaddiema lura mill-ġimgħa d-dieħla u jorganizza aktar titjiriet internazzjonali.
Il-Prim Ministru Scott Morrison jghid, li l-gvern jinsab fl-aħħar stadji biex jiżgura li jkun hemm ivvjaġġar limitat bejn l-Awstralja u Singapore li mistenni jkun finalizzat madwar ġimgħa oħra.
ACT
Aktar minn 84 fil-mija tar-residenti tal-ACT li għandhom 12-il sena u aktar huma mlaqqma kompletament, waqt li fit-territorju kienu rreġistrati 13-il każ ġdid.
Madwar l-Awstralja fl-aħħar 24 siegħa
- Fi Queensland ma kienu rreġistrati l-ebda każi fil-komunità, imma hemm tħassib dwar ir-rata baxxa tat-tilqim f’Logan. Għada huwa Super Satruday għat-tilqim meta qed issir kampanja biex aktar nies jitlaqqmu, b’aktar minn 100 skola jieħdu sehem.
Kwarantina, ivvjaġġar, kliniċi tal-ittestjar u pandemic disaster payment
Kwarantina u ħtiġijiet tal-ittestjar huma mmaniġġjati u implimentati mill-gvernijiet statali u territorjali.
Jekk trid tivvjaġġa barra l-Awstralja, tista’ tagħmel hekk billi tapplika onlajn għal eżenzjoni. għal aktar informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet biex tħalli l-Awstralja. Hemm miżuri temporanji għal titjiriet internazzjonali li huma riveduti regolarment mill-gvern u aġġornati fuq il-websjat ta’ .
- Aħbarijiet u informazzjoni f’aktar minn 60 lingwa f’
- Linji gwida relevanti għall-istat jew territorju fejn toqgħod: , , , , , , .
- Informazzjoni dwar .
Iċċekkja r-riżorsi maqlubin bil-lingwa tiegħek ippubblikati mis-Servizz ta’ Komunikazzjoni tas-Saħħa Multikulturali ta’ NSW (NSW Multicultural Health Communication Service):
Kliniċi tal-ittestjar f’kull stat u territorju:
Informazzjoni dwar il-Pandemic disaster payment f’kull stat u territorju: