Aġġornament dwar il-COVID-19: Il-lockdown fi Greater Sydney estiż għal xahar ieħor waqt li l-virus jinxtered f’Victoria reġjonali

Dan huwa l-aġġornament dwar il-Coronavirus fl-Awstralja għall-20 ta’ Awwissu 2021.

Health workers and Police officers are seen at a unit block under lockdown, in Campsie, south west of Sydney, Friday, August 20, 2021. (AAP Image/Dan Himbrechts) NO ARCHIVING

Health workers and Police officers are seen at a unit block under lockdown, in Campsie, south west of Sydney, Friday, August 20, 2021. Source: AAP Image/Dan Himbrechts

  • Fi NSW jitħabbru aktar restrizzzjonijiet fi nħawi tal-gvern lokali ta’ tħassib
  • Tfittxija  għal dawk li setgħu kienu f’kuntatt ma’ każ f’Shepparton
  • Fl-ACT irreġistrati 12-il każ ġdid
  • South Australia tnaqqas ir-restrizzjonijet tal-fruntiera

New South Wales 

Fi NSW kienu rreġistrati 644 każ ġdid lokali. Tal-anqas 41 minnhom kienu fil-komunità waqt li kienu infettivi. Erbgħa min-nies li kienu rċivew doża waħda tal-vaċċin mietu.

Regoli ġodda għar-residenti u n-negozji se jibdew japplikaw fi  min-12.01am tat-Tnejn 23 ta’ Awwissu, inklużi kerfjus mid-9pm sal-5am u siegħa limitu ta’ eżerċizzju kuljum barra.

Il-lockdown għal Greater Sydney ġie estiż sat-30 ta’ Settembru.

Ibbukkja llum għal  .

Victoria
F’Victoria kienu rreġistrati 57  każ lokali ġdid. Sitta minnhom ma kinux marbuta ma’ imxijiet tal-virus magħrufa. Tletin każ kienu fil-komunità waqt li kienu infettivi.

L-awtoritajiet tas-saħħa ħarġu alert għal każ pożittiv li nstab f’Shepparton reġjoali.

Australian Capital Territory
Fl-ACT kienu rreġistrati 12-il każ ġdid lokali. Wieħed minnhom qed ikun investigat.  In-numru totali ta’ każi attivi f’Canberra huwa 94.

Bħalissa hemm pażjent wieħed li ddaħħal l-isptar minħabba l-Covid-19 u   inklużi rotot tat-trasport pubbliku, postijiet ta’ xiri ta’ ikel u post fejn jieħdu ħsieb it-tfal.

Iċċekkja biex tara jekk intix eliġibbli .

Fl-aħħar 24 siegħa fl-Awstralja
  • NT u Queensland ma rregistraw l-ebda każ ta’ trasmissjoni fil-komunità.
  • South Australia neħħiet ir-restrizzjonijiet tal-fruntiera mat-tramuntana u l-inħawi reġjonali ta’ Queensland u mal-biċċa l-kbira tan-Northern Territory.
alc covid mental health
Source: ALC
Kwarantina, ivvjaġġar, kliniċi tal-ittestjar u pandemic disaster payment

Kwarantina u ħtiġijiet tal-ittestjar huma mmaniġġjati u implimentati mill-gvernijiet statali u territorjali.

Jekk trid tivvjaġġa barra l-Awstralja, tista’ tagħmel hekk billi tapplika onlajn għal eżenzjoni.  għal aktar informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet biex tħalli l-Awstralja. Hemm miżuri temporanji għal titjiriet internazzjonali li huma riveduti regolarment mill-gvern u aġġornati fuq il-websjat ta’ .



Iċċekkja r-riżorsi maqlubin bil-lingwa tiegħek ippubblikati mis-Servizz ta’ Komunikazzjoni tas-Saħħa Multikulturali ta’ NSW (NSW Multicultural Health Communication Service):


Kliniċi tal-ittestjar f’kull stat u territorju:

 
 

Informazzjoni dwar il-Pandemic disaster payment f’kull stat u territorju:

 
 
 


Share
Published 20 August 2021 5:24pm
Updated 20 August 2021 5:30pm
By SBS/ALC Content
Source: SBS


Share this with family and friends