- Il-Grupp Awstraljan ta’ Konsulenza Teknika dwar it-Tilqim (ATAGI) irrakomanda li jitwarrab il-kliem “tilqima kompluta” u minflok nużaw “tilqima bl-aħħar doża”.
- Dawk fl-Awstralja li għandhom 16-il sena jeħtieġu booster biex it-tilqima tagħhom tkun meqjusa “bl-aħħar doża”, waqt li tfal taħt is-16-il sena jibqgħu kkunsidrati “b’tilqima bl-aħħar doża” wara ż-żewġ dożi.
- Id-definizzjoni aġġornata ta’ tilqima kompluta se tapplika biss għall-policy domestika dwar il-COVID u mhux għall-pjan tal-ftuħ mill-ġdid tal-fruntieri internazzjonali.
- L-aħħar pariri mill-grupp ta’ konsulenza se jkunu effettivi fl-aħħar ta’ Marzu.
- Turisti barranin se jkunu meħtieġa biss żewġ dożi tal-vaċċin biex jidħlu fl-Awstralja meta l-fruntieri internazzjonali jerġgħu jiftħu fil-21 ta’ Frar.
- Il-Ministru tas-Saħħa Federali Greg Hunt qal li d-dożi tal-booster se jkunu ta’ bilfors għall-ħaddiema tal-kura tal-anzjani mal-pajjiż kollu skont il-pariri ġodda dwar l-vaċċin.
- Il-Ġimgħa, NSW, Victoria, Queensland u South Australia rreġistraw 48 mewt oħra tal-COVID-19.
- Il-Ministru tas-Saħħa fi NSW Brad Hazzard u l-uffiċjal ewlieni tas-saħħa, Dr Kerry Chant se jingħaqdu ma’ ħaddiema oħra għoljin fil-qasam tas-saħħa fi NSW, unions tal-kura tas-saħħa u akkademiċi quddiem il-kumitat ta’ kontabilità tal-parlament il-Ġimgħa.
- Il-ftuħ mill-ġdid ta’ NSW u l-aħħar sfidi iffaċċjati mill-kura tas-saħħa u s-setturi tas-saħħa se jkunu skrutinizzati.
- Restrizzjonijiet f’South Australia se jitnaqqsu matul il-lejl, inklużi l-limitazzjonijiet f’postijiet barra, f’pubs, klabbijiet u restoranti.
Statistika dwar il-COVID-19:
Fi NSW kienu rrappurtati 1,716 pazjent fl-isptarijiet b’108 minnhom fil-kura intensiva. Kien hemm 19-il mewt oħra, u 8,950 każ ġdid tal-COVID-19. Dan in-numru huwa anqas minn dak tal-Ħamis, 10,130.
Fil-Victoria, 553 persuna jinsabu l-isptar wara li kienu nfettati bil-COVID-19, b’82 jinsabu fl-ICU u 23 fuq il-ventilators. Kien hemm 13-il mewt u 8,521 infezzjoni ġdida.
Fi Queensland kienu rreġistrati 14-il mewt u 5,977 każ ġdid tal-COVID-19 fl-aħħar perjodu ta’ rrappurtar. Hemm 584 persuna l-isptar b’45 fil-kura intensiva.
Fit-Tasmanja kienu rreġistrati 552 każ ġdid. Hemm 16-il persuna l-isptar u persuna waħda fl-ICU.
F’South Australia kienu rrappurtati żewġt imwiet u 1,445 każ ġdid. Hemm 210 persuni fl-isptar, b’16 minnhom fl-ICU.
Diversi stati għandhom formoli ta’ reġistrazzjoni tar-Rapid Antigen Test
Kwarantina u restrizzjonijiet skont kull stat partikulari:
Ivvjaġġar
u informazzjoni dwar l-ivvjaġġar u l-Covid-19
Għajnuna finanzjarja
Hemm bidliet fid-Disaster Payment għall-COVID-19 meta l-istati jilħqu 70 u 80 fil-mija tal-popolazzjoni tagħhom li tkun imlaqqma kompletament:
Iċċekkja r-riżorsi maqlubin bil-lingwa tiegħek ippubblikati mis-Servizz ta’ Komunikazzjoni tas-Saħħa Multikulturali ta’ NSW (NSW Multicultural Health Communication Service):
Kliniċi tal-ittestjar f’kull stat u territorju: