COVID-19 – l-aħħar aġġornament: Il-pulizija federali tinvestiga l-prezzijiet tar-Rapid Antigen Tests fost eluf ta’ lmenti

Dan hu l-aħħar aġġornament dwar il-Coronavirus fl-Awstralja għall-1 ta’ Frar.

Vifaa vya vipimo vya rapid antigen vyatolewa ndani ya boxi

Vifaa vya vipimo vya rapid antigen vyatolewa ndani ya boxi Source: AAP

  • Il-Kummissjoni Awstraljana tal-Kompetizzjoni u l-Konsumatur (ACCC) irreferiet numru ta’ postijiet minn fejn jinbiegħu r-rapid antigen tests lill-pulizija wara li rċiviet aktar minn 100 rapport kuljum mill-konsumaturi ta’ prezzijiet ta’ bejgħ għoli żżejjed għar-rapid antigen tests.
  • Il-Kummissjoni wissiet li minkejja x-xiri tar-RATS ivarja bejn $5 u $10, kien irrappurtat li qegħdin jinbiegħu lill-konsumaturi bejn $20 u $30 b’xi postijiet  żgħar ibigħuhom aktar minn $70 kull test.
  • Il-Prim Ministru Scott Morrison se jagħti $209 miljun fi ħlas lill-ħaddiema fil-kura tal-anzjani b’rispons għall-pressjoni tikber għall-kriżi kontinwa tal-COVID-19 f’settur mill-aktar affettwat mill-virus, imma l-unions ikkritikaw din il-mossa bħala manuvra politika biex jirbaħ il-voti qabel l-elezzjoni.
  • Il-gvern ta’ Victoria se jiftaħ kliniċi ta’ tilqim f’diversi postijiet adattati għat-tfal bħala parti mill-programm biex iżid ir-rata tat-tilqim fost tfal żvantaġġati. Il-postijiet jinkludu iż-Żoo ta’ Melbourne u l-Aquarium.
  • Il-curler Awstraljana tal-Logħob Olimpiku, Tahli Gill se tkompli bit-taħriġ għall-Logħob Olimpiku tax-Xitwa  mas-sieħeb Dean Hewitt wara li ttestjaw pożittivi bil-COVID-19 hekk kif waslu Beijing. Wara l-koppja kellhom diversi testijiet negattivi. 
  • F’dawn l-aħħar erbat ijiem uffiċjali sabu 119 każ tal-COVID-19 fost l-atleti u ħaddiema nvoluti fil-Logħob Olimpiku tax-Xitwa f’Beijing li jibda għada.
  • Il-kabinett ta’ New Zealand se jiltaqa’ għada biex jiffinalizza d-dati tal-ftuħ mill-ġdid tal-fruntieri tal-pajjiż. Bħalissa ċittadini li jerġgħu lura jkollhom jgħaddu 10 ijiem iżolazzjoni f’lukandi ta’ kwarantina bin-numru ta’ postijiet limitati. Dan qed joħloq ħafna stennija ta’ nies jistennew biex jerġgħu lura.
Statistika dwar il-COVID-19:

Fi NSW, bħalissa hemm 2,749 persuna l-isptar bil-virus u 183 pazjent fl-ICU, b’70 minnhom jeħtieġu ventilator. Kien hemm 30 mewt oħra u 12,818 infezzjoni ġdida tal-virus.

Fil-Victoria 851 persuna jinsabu l-isptar u 106 pazjent fil-kura intensiva. Kien hemm 34 mewt oħra rrappurtata u 11,311 każ ġdid.

Fi Queensland, hemm 868 persuna l-isptar u 50 fil-ICU. Kien hemm 10 imwiet u  7,588 każ ġdid.

F’South Australia kienu rrappurtati 273 persuna l-isptar u 22 fil-kura intensiva. Kien hemm 3 imwiet u 1266 każ ġdid.

Fit-Tasmanja  kienu rreġistrati 699 każ ġdid, b’16-il-persuna l-isptar, persuna fl-ICU, u ma kien hemm l-ebda mwiet.

Għall-miżuri preżenti b’rispons għall-pandemija tal-COVID-19 bil-Malti, iċċekkja, .


Diversi stati għandhom formoli ta’ reġistrazzjoni tar-Rapid Antigen Test

Kwarantina u restrizzjonijiet skont kull stat partikulari:

Ivvjaġġar

u informazzjoni dwar l-ivvjaġġar u l-Covid-19 

Għajnuna finanzjarja

Hemm bidliet fid-Disaster Payment għall-COVID-19 meta l-istati jilħqu 70 u 80 fil-mija tal-popolazzjoni tagħhom li tkun imlaqqma kompletament:  



Iċċekkja r-riżorsi maqlubin bil-lingwa tiegħek ippubblikati mis-Servizz ta’ Komunikazzjoni tas-Saħħa Multikulturali ta’ NSW (NSW Multicultural Health Communication Service):


Kliniċi tal-ittestjar f’kull stat u territorju:

 
 

Share
Published 1 February 2022 1:51pm
Updated 1 February 2022 1:54pm


Share this with family and friends