Aġġornament dwar il-COVID-19 – Jiftħu l-fruntieri bejn Victoria u NSW waqt li n-NT fuq alert għoli

Dan huwa l-aġġornamemt dwar il-Coronavirus fl-Awstralja għall-5 ta’ Novembru 2021.

Flights between NSW and Victoria have resumed without any COVID-19 restrictions, as the border between the two states reopens.

Source: AAP

Il-fruntieri issa reġgħu fetħu kompletament bejn New South Wales u Victoria. Il-familji jistgħu jerġgħu jingħaqdu flimkien u jivvjaġġaw bl-ajru fuq waħda mill-aktar rotot tal-ajru mfittxija fid-dinja.   

In-Northern Territory jinsab fuq  wara li kien irreġistrat każ lokali tal-COVID-19. Dan huwa l-ewwel każ ta’ trasmissjoni fil-komunità fit-territorju u kkaġuna lockdown ta’ 72 siegħa.

Il-Kabinett Nazzjonali  għall-ewwel darba f’ħames ġimgħat biex jiddiskuti s-sitwazzjoni kontinwa tal-COVID-19.  Fuq l-aġenda hemm il-ftuħ mill-ġdid tal-fruntieri internazzjonali u t-tilqim tat-tfal. 

Xjentisti mill-Università ta’ Oxford fir-Renju Unit identifikaw ġene li jirdoppja ir-riskju tal-falliment tal-pulmun u l-mewt mill-COVID-19. Dan huwa komuni speċjalment f’nies ta’ dixxendenza mill-Asja t’Isfel.

Statistika dwar COVID-19

F’Victoria kienu rrappurtati 1,343 każ lokali u 10 imwiet

Fi NSW kienu rrappurtati 249 każ tal-COVID-19 u tlett imwiet.
Kwarantina, ivvjaġġar, kliniċi tal-ittestjar u pandemic disaster payment

Kwarantina u ħtiġijiet tal-ittestjar huma mmaniġġjati u implimentati mill-gvernijiet statali u territorjali.

Jekk trid tivvjaġġa barra l-Awstralja, tista’ tagħmel hekk billi tapplika onlajn għal eżenzjoni.  għal aktar informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet biex tħalli l-Awstralja. Hemm miżuri temporanji għal titjiriet internazzjonali li huma riveduti regolarment mill-gvern u aġġornati fuq il-websjat ta’ .



Iċċekkja r-riżorsi maqlubin bil-lingwa tiegħek ippubblikati mis-Servizz ta’ Komunikazzjoni tas-Saħħa Multikulturali ta’ NSW (NSW Multicultural Health Communication Service):


Kliniċi tal-ittestjar f’kull stat u territorju:

 
 

Informazzjoni dwar il-Pandemic disaster payment f’kull stat u territorju:

 
 

Share
Published 5 November 2021 12:42pm


Share this with family and friends