COVID-19 – l-aħħar aġġornament: Tilqima tal-booster, “aktar ma tkun anzjan/a, aktar tibbenifika minnha”

Dan huwa l-aġġornament dwar il-COVID-19 għat-8 ta’ Marzu.

Mwanamke aonesha fahari yake yakupata chanjo ya UVIKO-19

Mwanamke aonesha fahari yake yakupata chanjo ya UVIKO-19 Source: Getty Images / Digital Vision / Luis Alvarez

  • Il-Professur Peter Collignon mill-Università Nazzjonali Awstraljana talab li jkun hemm bidla fl-informazzjoni dwar it-tilqima tal-booster. “Aktar ma tkun anzjan/a, akbar huwa l-benefiċċju tal-booster,” huwa qal. Żied jgħid li għal dawk ’il fuq minn 50 sena, għandna nimmiraw li nieħdu l-booster fl-istess livell li nieħdu l-ewwel u t-tieni doża.
  • Waqt li kien qed jitkellem fl-Australian Financial Review Business Summit, il-Prim Ministru Scott Morrison qal li “l-inċertezzi tal-COVID, sfortunatamnet, se jkomplu jkunu magħna,  imma m’għandniex inħalluhom ixekkluna jew jintimidawna”.
  • Din l-istqarrija saret b’antiċipazzjoni għal-laqgħa li jmiss tal-Kabinett Nazzjonali nhar il-Ġimgħa 11 ta’ Marzu. L-istati u t-territorji se jiddiskutu x’se nagħmlu bi preparazzjoni għax-xitwa, li tista’ twassal għall-imxija ta’ infezzjonijiet tal-COVID-19, u meta l-influwenza tista’ terġa’ tkun lura fostna, wara sentejn ta’ rekords baxxi.
  • Ir-Reġina Eliżabetta II iltaqgħet mal-Prim Ministru Kanadiż Justin Trudeau f’dik li kienet l-ewwel dehra tagħha mindu ttestjat pożittiv għall-COVID-19 fl-20 ta’ Frar.
  • Studju riċenti mill-Università ta’ Oxford kien ippubblikat fil-magażin Nature u identifika effetti sinifikanti tal-COVID-19 fuq il-moħħ, bl-ixxrinkjar u t-telf tat-tessuti tal-moħħ.
  •  wara li numru ta’ xufiera tal-karozzi f’Perth ittestjaw pożittiv għall-virus jew kienu f’kuntatt mill-qirb. L-ebda rotot m’huma se jkunu kkanċellati, imma l-frekwenza tas-servizz tista’ titnaqqas.

Statistiċi dwar il-COVID-19 fl-Awstralja

Fi New South Wales kienu rrappurtati 1,070 pazjent l-isptar b’43 fil-kura intensiva. Kien hemm 5 imwiet, u 13,018 każ ġdid tal-COVID-19.

Fil-Victoria, 203 persuna jinsabu l-isptar b’29 fl-ICU u 4 fuq il-ventilators. Kien hemm 6 imwiet u 7,043 infezzjoni ġdida.

Fit-Tasmanja ma kienet irreġistrata l-ebda mewt b’1,051 każ ġdid tal-COVID-19. Hemm 14-il persuna bil-COVID-19 l-isptar, b’4 minnhom jeħtieġu l-kura intensiva.

Fi Queensland, kienu rrappurtati 4,397 każ ġdid tal-COVID-19 u 5 imwiet. 268 persuna jinsabu l-isptar bil-COVID-19, b’20 pazjent fl-ICU.

Fl-ACT 43 persuna issa qegħdin l-isptar bil-COVID-19, 2 jeħtieġu kura intensiva, b’658 infezzjoni ġdida kienet rrappurtata.





Fejn issib klinika tal-ittestjar tal-COVID-19



Irreġistra r-riżultati tar-RAT hawnhekk, jekk tkun pożittiv/a 



Jekk ikollok bżonn għajnuna finanzjarja, 


Aqra l-informazzjoni kollha dwar il-COVID-19 bil-Malti fuq l-.


 


Share
Published 8 March 2022 1:53pm
Updated 8 March 2022 1:58pm


Share this with family and friends