- L-istatistika turi li r-rata tal-imwiet fost dawk li twieldu fil-Lvant Nofsani hija għaxar darbiet akbar minn dawk li twieldu fl-Awstralja.
- Wara sentejn ta’ ivvjaġġar restritt, l-Awstralja se tiftaħ il-fruntieri tagħha mill-ġdid mill-ġimgħa d-dieħla, imma ċ-Ċina l-akbar sors tat-turiżmu fl-Awstralja mhix se tkun parti minn dan l-ivvjaġġar.
- 38 persuna oħra mietu bil-COVID-19 fl-Awstralja.
- Fi New South Wales, il-kant u ż-żfin se jkunu permessi fil-biċċa l-kbira tal-postijiet tad-divertiment, iż-żewġ metri kwadri limitu f’postijiet fil-magħluq tneħħew, u l-iċċekkjar bil-QR huma permessi biss għan-nightclubs u festivals tal-mużika b’aktar minn 1,000 persuna.
- Il-ħtieġa tal-ilbies tal-maskri tal-wiċċ tieqaf ukoll fil-biċċa l-kbira tal-postijiet min-nhar il-Ġimgħa fi NSW.
- Fil-Victoria mis-6pm tal-Ġimgħa, mhux se jibqa’ jkun hemm limitazzjonijiet ta’ nies f’postijiet ta’ ospitalità u divertiment, flimkien mal-bżonn tal-iċċekkjar bil-QR fil-ħwienet, skejjel u postijet tax-xogħol.
- L-iċċekkjar bil-QR għadu meħtieġ f’pubs, bars, restoranti u postijiet ta’ divertiment biex ikun żgurat li dawk li jattendu jkunu mlaqqma biż-żewġ dożi fil-Victoria.
- Fl-ACT, il-limiti tan-nies fil-postijiet kollha tan-negozju se jitneħħew mis-6pm mill-Ġimgħa, waqt li ż-żfin huwa permess ukoll għal darba oħra.
- Projbizzjoni ta’ ikel jew xorb f’postijiet ta’ ospitalità bilwieqfa tneħħew ukoll, waqt li l-gvern indika r-ritorn fuq il-post tax-xogħol fejn huwa possibbli għal ħaddiema fl-ACT.
- Iż-żjajjar fl-isptarijiet tnaqqsu għal satgħejn biss f’ġurnata fl-isptarijiet pubbliċi kollha f’Perth b’rispons għan-numru ta’ kazijiet jikbru tal-COVID-19 f’WA.
- F’South Australia l-kap tas-saħħa pubblika jgħid, li ż-żfin f’ambjent pubbliku se jibqa’, minkejja li stati oħra naqqsu restrizzjonijiet bħal dawn fl-aħħar jiem.
Statistika dwar il-COVID-19 fl-Awstalja
Fi New South Wales kienu rrappurtati 1,381 pazjent fl-isptar bi 92 fil-kura intensiva. Kien hemm 15-il mewt u 9,243 każ ġdid tal-COVID-19.
Fil-Victoria, 451 persuna jinsabu l-isptar, b’64 fl-ICU u 16 fuq il-ventilators. Kien hemm 14-il mewt u 6,935 infezzjoni ġdida.
Fi Queensland, kien hemm 5,795 każ ġdid tal-COVID-19 u 9 imwiet. Hemm 408 pazjenti bil-COVID-19 fl-isptar, b’total ta’ 34 pazjent fil-kura intensiva.
Fit-Tasmanja ma kienu rreġistrati l-ebda mwiet b’623 każ ġdid tal-COVID-19. 11-il persuna jinsabu l-isptar bil-COVID-19, tnejn minnhom fl-ICU.
Fl-ACT 45 persuna jinsabu l-isptar bil-COVID-19, b’2 pazjenti fil-kura intensiva. Ma kienu rrappurtati l-ebda mwiet b’561 każ ġdid.
F’South Australia kienu rreġistrati 1,479 każ ġdid u l-ebda mewt. 177 pazjent pożittivi bil-COVID-19 issa qegħdin fl-isptarijiet statali, 13 minnhom fl-ICU.
Diversi stati għandhom formoli ta’ reġistrazzjoni tar-Rapid Antigen Test
Kwarantina u restrizzjonijiet skont kull stat partikulari:
Ivvjaġġar
u informazzjoni dwar l-ivvjaġġar u l-Covid-19
Għajnuna finanzjarja
Hemm bidliet fid-Disaster Payment għall-COVID-19 meta l-istati jilħqu 70 u 80 fil-mija tal-popolazzjoni tagħhom li tkun imlaqqma kompletament:
Iċċekkja r-riżorsi maqlubin bil-lingwa tiegħek ippubblikati mis-Servizz ta’ Komunikazzjoni tas-Saħħa Multikulturali ta’ NSW (NSW Multicultural Health Communication Service):
Kliniċi tal-ittestjar f’kull stat u territorju: