COVID-19 – aħħar aġġornament: ATAGI se jikkunsidraw mill-ġdid l-intervall tal-booster waqt li l-każi jiżdiedu

Dan huwa l-aġġornament dwar il-Coronavirus fl-Awstralja għal 21 ta’ Diċembru 2021.

eople are seen at a Cohealth pop-up vaccination clinic at the State Library Victoria

States say they will utilise the extraordinary cabinet meeting to urge Commonwealth to shorten booster time intervals. Source: AAP

  • Il-Prim Ministru Scott Morrison jgħid li ATAGI qegħdin jikkunsidraw bidla fiż-żmien meta jingħata l-booster waqt li laqgħa tal-kabinett se ssir aktar kmieni minn kif kien ippjanat fost numru jikber ta’ infezzjonijiet.
  • Xi mexxejja statali qegħdin iħeġġu lill-Commonwealth biex inaqqas iż-żmien meta jingħata l-booster fi sforz biex ikunu kkumbattuti l-infezzjonijiet ġodda.
  • NSW Health qed jitlob lil dawk li jkunu f’kuntatt mill-qrib ma’ każ ta’ infezzjoni biex joqogħdu attenti waqt li fl-istat kien rreġistrat l-ogħla numru ta’ infezzjonijiet.
  • L-istat ta’ Queensland jiddikjara li l-Omicron huwa l-varjant dominant fl-istat.
  • Dawk li jkollhom iż-żewġ dożi tal-vaċċin u li jkunu f’kuntatt mill-qrib ma’ każ tal-virus fi Queensland ikollhom jagħmlu kwarantina għal sebat ijiem biss, minflok 14-il ġurnata minn għada, 22 ta’ Diċembru.
  • F’South Australia m’hemmx testijiet għal vjaġġaturi minn stati oħra li jkunu ttestjaw negattiv għal COVID-19, 72 siegħa qabel ivvjaġġaw.
  • New Zealand qed tittardja l-pjanijiet tal-ftuħ mill-ġdid sa Frar, minħabba l-biżża tal-Omicron.

STATISTIKA DWAR IL-COVID: 

F’Victoria kienu rreġistrati 1,245 każ lokali u sitt imwiet.

Fi NSW kienu rreġistrati 3,057 każ ġdid fil-komunità u żewġt imwiet.

F’South Australia kienu rreġistrati 154 każ ġdid.

Fi Queensland kienu rreġistrati 86 każ ġdid.

Fl-ACT kienu rreġistrati 16-il każ, fin-Northern Territory 14-il każ u fit-Tasmanja 4 każi. 

Għall-miżuri preżenti b’rispons għall-pandemija tal-COVID-19 bil-Malti, iċċekkja


Kwarantina u restrizzjonijiet skont kull stat partikulari:

Ivvjaġġar
u informazzjoni dwar l-ivvjaġġar u l-Covid-19 

Għajnuna finanzjarja
Hemm tibdiliet dwar id-Disaster Payment għall-COVID-19 meta l-istati jilħqu 70 u 80 fil-mija tal-popolazzjoni tagħhom li tkun imlaqqma kompletament:  




Iċċekkja r-riżorsi maqlubin bil-lingwa tiegħek ippubblikati mis-Servizz ta’ Komunikazzjoni tas-Saħħa Multikulturali ta’ NSW (NSW Multicultural Health Communication Service):


Kliniċi tal-ittestjar f’kull stat u territorju:

 
 
 


Share
Published 21 December 2021 4:08pm
Updated 23 December 2021 10:37am
By SBS/ALC Content
Source: SBS


Share this with family and friends