Aġġornament dwar il-COVID-19: Il-lockdown estiż fl-ACT u l-awtoritajiet tas-saħħa jitolbu lin-nies biex jikkunsidraw jieħdu t-tilqima tal-AstraZeneca

Dan huwa l-aġġornament dwar il-Coronavirus fl-Awstralja għal 31 ta’ Awwissu 2021.

The ACT reported 13 new local COVID-19 cases on Tuesday, including at least eight that were infectious in the community.

The ACT reported 13 new local COVID-19 cases on Tuesday, including at least eight that were infectious in the community. Source: AAP Image/Lukas Coch

  • Fi NSW 67 fil-mija tar-residenti ħadu l-ewwel doża tat-tilqima
  • Fil-Victoria hemm aktar minn 1,000 post li kienu esposti għall-COVID-19
  • Il-lockdown fl-ACT estiż sas-17 ta’ Settembru
  • SA tneħħi r-restrizzjonijiet għal dawk li jivvjaġġaw min-NT u Queensland

New South Wales 

Fi NSW kienu rreġistrati 1,164 ġdid lokali. 796 każ kienu fil-punent u fil-lbiċ ta’ Sydney. Tlieta min-nies mietu. 

L-Uffiċjal Ewlieni tas-Saħħa Dr Kerry Chant ħeġġet lir-residenti ta’ Guildford, Merrylands, Auburn, Greenacre, Bankstown u Blacktown biex ikunu ttestjati.

Il-Ministru tas-Saħħa Brad Hazzard jagħti parir lil dawk li għandhom ‘il fuq minn 18-il sena biex jieħdu t-tilqima tal-AstraZeneca billi m’hemmx biżżejjed vaċċin tal-Phizer.  

Nhar it-Tnejn tħabbar li raġel Aboriġinu minn Dubbo kien l-ewwel persuna li miet mill-COVID-19 fl-imxija preżenti fil-punent ta’ New South Wales.

Victoria
f’Victoria kienu rreġistrati 76 każ lokali ġdid, inklużi 31 li għandhom ma ġewx ikkonnettjati ma’ imxijiet eżistenti. 

Il-Premier Daniel Andrews, li se jħabbar pjan biex jitħaffu r-restrizzjonijiet għada, jgħid li “il-vaċċin it-tajjeb huwa dak li jirnexxielek tikseb,” waqt li ndika li hemm ħafna dożi tal-AstraZeneca.

Issa hemm fuq 1,000 post fuq il-, inkluż diversi blokki ta’ bini ta’ appartamenti f’Melbourne.

Hawnhekk issib  viċin tiegħek.

Australian Capital Territory
Fl-ACT kienu rreġistrati 13-il-każ lokali ġdid, b’ta’ lanqas 8 kienu infettivi fil-komunità. 

Il-klinika ġdida tat-tilqim tal-massa kontra l-COVID-19 se tiftaħ f’Canberra fl- Australian Institute of Sport Arena nhar il-Ġimgħa, 3 Settembru. Il-lockdown huwa estiż sas-17 ta’ Settembru    

Iċċekkja l-eliġibilità tiegħek għat-.

Madwar l-Awstralja fl-aħħar 24 siegħa
  • South Australia neħħiet ir-restrizzjonijiet kollha fuq dawk li jivvjaġġaw minn South East Queensland u Katherine fin-Northern Territory.
alc covid mental health
Source: ALC
Kwarantina, ivvjaġġar, kliniċi tal-ittestjar u pandemic disaster payment

Kwarantina u ħtiġijiet tal-ittestjar huma mmaniġġjati u implimentati mill-gvernijiet statali u territorjali.

Jekk trid tivvjaġġa barra l-Awstralja, tista’ tagħmel hekk billi tapplika onlajn għal eżenzjoni.  għal aktar informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet biex tħalli l-Awstralja. Hemm miżuri temporanji għal titjiriet internazzjonali li huma riveduti regolarment mill-gvern u aġġornati fuq il-websjat ta’ .



Iċċekkja r-riżorsi maqlubin bil-lingwa tiegħek ippubblikati mis-Servizz ta’ Komunikazzjoni tas-Saħħa Multikulturali ta’ NSW (NSW Multicultural Health Communication Service):


Kliniċi tal-ittestjar f’kull stat u territorju:

 
 

Informazzjoni dwar il-Pandemic disaster payment f’kull stat u territorju:

 
 
 


Share
Published 31 August 2021 2:37pm
Updated 31 August 2021 2:47pm
By SBS/ALC Content
Source: SBS


Share this with family and friends