- Fi NSW estiżi l-ħlasijiet ta’ sapport tal-COVID-19
- F’Victoria jitħabbru aktar fondi bħala sapport għas-saħħa mentali
- Il-lockdown fl-ACT estiż sal-15 ta’ Ottubru
- Fi Queensland irreġistrat każ ġdid fil-komunità
New South Wales
Fi NSW kienu rreġistrati 1,127 każ ġdid fil-komunità u żewġ imwiet.
Wara li l-bieraħ kien identifikat każ tal-COVID-19 fil-Kunsill ta’ Yass Valley, ingħataw ordnijiet biex dawk kollha li joqogħdu jew kienu fl-inħawi nhar jew wara d-9 ta’ Settembru joqogħdu ġewwa.
NSW Health iħeġġu lir-residenti ta’ Young fid-distrett tas-saħħa lokali ta’ Murrumbidgee biex jittestjaw għall-virus, billi l-virus instab f’impjant tad-drenaġġ. Ma kienu rreġistrati l-ebda każi magħrufa f’dik il-komunità.
kienu estiżi għall-ħaddiema u komunitajiet vulnerabbli, inklużi għotjiet għal gruppi kulturalment u lingwistikament diversi.
Victoria
F’Victoria kienu rreġistrati 445 każ lokali ġdid u żewġ imwiet. Fl-istat issa hemm 3,799 każ attiv, b’85 fil-mija minnhom taħt il-50 sena.
Id-Deputat Premier James Merlino ħabbar pakkett ta’ $22.1 miljun biex jitwaqqfu servizzi tas-saħħa mentali f’Victoria reġjonali u f’Melbourne metropolitana.
Australian Capital Territory
Fit-territorju kienu rreġistrati 22 każ lokali ġdid.
Il-lockdown se jkun estiż għal erba’ ġimgħat, b’aktar tibdil fir-restrizzjonijiet mis-17 ta’ Settembru, inkluż il-permess lin-negozji ż-żgħar li jkollhom sa ħamsa min-nies fuq il-post tax-xogħol f’kull ħin, jew persuna waħda kull erba’ metri kwadri.
Ikklikkja hawnhekk biex tiċċekkja l-eliġibilità tiegħek għat- jew biex tiċċekkja .
Madwar l-Awstralja fl-aħħar 24 siegħa
- In-nies f’Western Australia li għandhom 60 sena jew aktar se jkunu eliġibbli għall-vaċċin Pfizer mill-ġimgħa d-dieħla.
Kwarantina, ivvjaġġar, kliniċi tal-ittestjar u pandemic disaster payment
Kwarantina u ħtiġijiet tal-ittestjar huma mmaniġġjati u implimentati mill-gvernijiet statali u territorjali.
Jekk trid tivvjaġġa barra l-Awstralja, tista’ tagħmel hekk billi tapplika onlajn għal eżenzjoni. għal aktar informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet biex tħalli l-Awstralja. Hemm miżuri temporanji għal titjiriet internazzjonali li huma riveduti regolarment mill-gvern u aġġornati fuq il-websjat ta’ .
- Aħbarijiet u informazzjoni f’aktar minn 60 lingwa f’
- Linji gwida relevanti għall-istat jew territorju fejn toqgħod: , , , , , , .
- Informazzjoni dwar .
Iċċekkja r-riżorsi maqlubin bil-lingwa tiegħek ippubblikati mis-Servizz ta’ Komunikazzjoni tas-Saħħa Multikulturali ta’ NSW (NSW Multicultural Health Communication Service):
Kliniċi tal-ittestjar f’kull stat u territorju:
Informazzjoni dwar il-Pandemic disaster payment f’kull stat u territorju: