COVID-19 – l-aħħar aġġornament: 93 persuna jitilfu ħajjithom f’numru rekord ta’ mwiet mal-Awstralja kollha

Dan huwa l-aġġornament dwar il-Coronavirus fl-Awstralja għat-28 ta’ Jannar.

Paramedics tending to their ambulance outside St. Vincent hospital in Melbourne.

Paramedics tending to their ambulance outside St. Vincent hospital in Melbourne. Source: AAP

  • Fl-Awstralja kienu rrappurtati 93 mewt oħra bil-COVID-19. Dan huwa l-ogħla numru ta’ mwiet f’perjodu ta’ 24 siegħa mindu bdiet il-pandemija.
  • Teenagers li għandhom 16 u 17-il sena dalwaqt se jkunu jistgħu jieħdu t-tilqima tal-booster wara li r-regolaturi approvaw proviżjonalment il-Phizer għal dan l-iskop. Qabel l-adulti biss kienu eliġibbli għat-tilqima tal-booster.
  • Esperti tas-saħħa għadhom qegħdin jikkunsidraw jekk jespandux id-definizzjoni ta’ “tilqim komplut” biex ifisser tliet tilqimiet tal-COVID, wara talbiet minn politikanti fil-Victoria u NSW.
  • Korpi Indiġeni ewlenin fin-Northern Territory kitbu ittra miftuħa lill-Ministru Ewlieni għal lockdowm immedjat maċ-ċentru tal-Awstralja biex tieqaf l-imxija tal-COVID-19.
  • Fil-65 laqgħa tal-kabinett nazzjonali l-bieraħ, stati u territorji rrappurtaw  li l-pressjoni fuq l-isptarijiet u dħul fil-kura internsiva qegħdin jonqsu bil-mod.
  • L-ippjanar għar-ritorn fl-iskejjel jinsab miexi ‘l quddiem sewwa f’ħafna stati. Fi NSW kien ikkonfermat li kull skola li terġa’ lura għall-klassijiet mill-iskola il-ġimgħa d-diehla ikollhom l-allokazzjoni tagħhom ta’ rapid antigen tests u tħabbru servizzi ġodda tax-xarabanks u l-ferroviji.
  • F’Victoria 2 miljun rapid antigen test tqassmu fl-iskejjel statali, Kattoliċi u indipendenti. Total ta’ 6 miljun test mistennija jitqassmu qabel jiftħu l-iskejjel.
  • Madankollu, fi Queensland, ġenituri, għalliema u studenti għadhom qegħdin jistennew il-pjan tal-istat dwar il-ftuħ tal-iskejjel.
  • Fi Queensland kien irreġistrat l-ogħla numru ta’ mwiet bil-COVID. 18-il persuna mietu f’dan il-perjodu ta’ rrappurtar, 12 minnhom f’faċilitajiet tal-kura tal-anzjani.
  • L-immudellar tal-gvern ta’ NSW juri li n-numru ta’ dawk morda serjament fl-ICU kien anqas minn “l-aħjar sitwazzjoni” li tista’ tiżviluppa u n-numru ta’ dawk li jidħlu l-isptar mistenni jonqos il-ġimgħa d-dieħla.
STATISTIKA DWAR IL-COVID-19:

Fi NSW kienu rreġistrati 35 mewt, waqt li 2,737 jinsabu l-isptar u 189 fl-ICU. Kien hemm 13,333 infezzjonijiet ġodda rrappurtati.

Kien hemm 39 mewt irrappurtati fil-Victoria, 988 li daħlu l-isptar u 114-l pazjent fl-ICU. Kien hemm 12,755 każ ġdid fil-Victoria.

Fi Queensland issa hemm 818 persuna fl-isptar u 54 qegħdin fil-kura intensiva. Kien hemm 9,974 infezzjoni ġdida rrappurtati u 18-il mewt.

Fit-Tasmanja kienu rreġistrati 584 każ ġdid tal-COVID-19, l-inqas numru ta’ każi fl-isptar mit-3 ta’ Jannar. Hemm 19-il persuna fl-isptar u persuna waħda fil-kura intensiva.

Għall-miżuri preżenti b’rispons għall-pandemija tal-COVID-19 bil-Malti, iċċekkja, .


Diversi stati għandhom formoli ta’ reġistrazzjoni tar-Rapid Antigen Test

Kwarantina u restrizzjonijiet skont kull stat partikulari:

Ivvjaġġar

u informazzjoni dwar l-ivvjaġġar u l-Covid-19 

Għajnuna finanzjarja

Hemm bidliet fid-Disaster Payment għall-COVID-19 meta l-istati jilħqu 70 u 80 fil-mija tal-popolazzjoni tagħhom li tkun imlaqqma kompletament:  



Iċċekkja r-riżorsi maqlubin bil-lingwa tiegħek ippubblikati mis-Servizz ta’ Komunikazzjoni tas-Saħħa Multikulturali ta’ NSW (NSW Multicultural Health Communication Service):


Kliniċi tal-ittestjar f’kull stat u territorju:

 
 

Share
Published 28 January 2022 5:36pm


Share this with family and friends