COVID-19: Kundizzjonijiet tas-saħħa li jistgħu jagħmlu l-coronavirus aktar perikoluż

Dawn huma xi wħud mill-kundizzjonijiet tas-saħħa li jistgħu jkunu affettwati aktar qawwi mill-Covid-19, minħabba sistema ta’ immunità kompromessa, jew tessuti ta’ organi dgħajfa.

Asthma medication

Asthma medication Source: Getty ImagesRgStudio

Numru divers ta’ nies, b’kundizzjonijiet tas-saħħa li jkollhom minn qabel, jinsabu f’riskju aktar għoli jekk ikunu nfettati bil-COVID-19, inklużi dawk b’mard tal-qalb, dijabete, pressjoni għolja tad-demm u ażżma. Il-virus jattakka t-tessuti tal-pulmun u jżid l-infjammazzjoni interna, minħabba l-mod kif is-sistema immunitarja tirrejaġixxi għall-virus.

Madwar id-dinja, aktar minn 70 fil-mija tal-pazjenti tal-COVID-19 li kellhom bżonn kura intensiva, kellhom kundizzjoni oħra tas-saħħa qabel.

Dan l-artiklu jagħti dettalji ta’ xi wħud mill-aktar kundizzjonijiet tas-saħħa delikati għall-COVID-19 jew, għax jinvolvu xi livell ta’ dgħjufija ta’ tessuti rotob tal-organi u/jew sistema immunitarja kompromessa.

L-aktar kundizzjonijiet tas-saħħa li jkollha persuna li huma kritiċi għall-COVID-19 huma: mard kroniku tal-pulmun, ażżma, mard tal-qalb, dijabete, kundizzjonijiet tal-fwied u l-kliewi, u t-trattamenti u l-medikazzjonijiet kollha li jdgħajfu s-sistema immunitarja, bħal kanċer jew trattamenti wara trapjant.

Ażżma

L-Ażżma hija kundizzjoni respiratorja kkaġunata minn ħajpersensittività u fjammazzjoni tal-passaġġi tal-arja, b’sintomi ta’ sogħla, nifs b’tisfira, issikkar fis-sider u qtugħ tan-nifs. Bħalissa huwa kkalkulat li taffettwa 11% tan-nies mal-Awstralja kollha. Awstraljani Indiġeni aktar jidher li jirrappurtaw li jkollhom l-ażżma minn Awstraljani mhux Indiġeni. “Attakk” tal-ażżma jista’ jseħħ minn kull ħaġa li tirrita l-passaġġi tal-arja. Nies li jsofru mill-ażżma għandhom jieħdu prekawzjonijiet aktar billi l-COVID-19 tattakka wkoll l-passaġġi tal-arja.

 Aktar informazzjoni dwar l-ażżma (bl-Ingliż) hawnhekk  

Kundizzjonijiet Oħra tal-Pulmun

L-aktar kundizzjonijiet komuni tal-pulmun minbarra l-ażżma fl-Awstralja huma: asbestosis, bronchiectasis, cystic fibrosis, emphysema, kanċer tal-pulmun, pleural effusion, pleurisy,  silicosis respiratorja and tuberkulosi. Aktar informazzjoni dwar mard tal-pulmun (bl-Ingliż) tinsab hawnhekk

Mard tal-Qalb

Riċerka globali turi li dawk b’mard tal-qalb huma f’riskju aktar għoli li jmutu minn COVID-19 mill-popolazzjoni medja, mhux għaliex jinsabu f’riskju aktar għoli li jittieħdu mill-marda, imma għaliex ikollhom riskju aktar għoli li l-marda taffettwahom serjament. COVID-19 tikkaġuna infjammazzjoni akuta tal-muskolu tal-qalb, li jwassal għall-ħsara fil-qalb u jikkaġuna bla mistenni attakk tal-qalb.

Stil ta’ ħajja tajjeb għas-saħħa huwa vitali: li tagħmel eżerċizzju, tagħmel dieta bbilanċjata, li tikkonsma fluwidu biżżejjed u li torqod biżżejjed. L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa tirrakomanda 150 minuta ta’ attività fiżika bejn moderata u intensa jew 75 minuta ta’ attività fiżika bejn qawwija u intensa kull ġimgħa, jew taħlita tat-tnejn.

Aktar informazzjoi dwar mard kardjuvaskulari (bl-Ingliż) hawnhekk

Dijabete

Dawk bid-dijabete jistgħu jiffaċċjaw sfidi tas-saħħa addizzjonali. Diabetes Australia tirrakomanda li tittieħed it-tilqima kontra l-influwenza, ikollok pjan ta’ immaniġġjar tal-mard f’każ ta’ mard u li timmaniġġja l-livelli taz-zokkor fid-demm. Nies bid-dijabete huma f’riskju aktar għoli ta’ kumplikazzjonijiet severi mill-influwenza u aktar jistgħu jiżviluppaw mard respiratorju serju min-nies li ma jkollhomx id-dijabete. Id-dijabete tikkaġuna nuqqas ta’ rispons immunitarju għal infezzjonijiet minn viurs u l-potenzjal ta’ infezzjoni sekondarja fil-pulmuni. Ħafna pazjenti bid-dijabete tat-2 tip għandhom ħxuna żejda u l-obeżità hija wkoll fattur ta’ riskju għal infezzjoni severa.  

Aktar informazzjoni dwar id-dijabete u COVID-19 (bl-Ingliż) hawnhekk

Kundizzjonjiet tal-fwied

Nies li jgħixu bl-epetite B jew C, jew b’kull kundizzjoni oħra tal-fwied għandhom jużaw l-istess miżuri protettivi rrakomandati għall-popolazzjoni ġenerali. Oqgħod attent/a u segwi l-miżuri rrakomandati biex tipproteġi lilek innifsek kontra COVID-19. Dawk b’mard sinifikanti tal-fwied huma rrakomandati li jieħdu t-tilqima kontra l-influwenza u l-marda pnewmokokkali.

  • Aktar informazzjoni dwar l-epetite u COVID-19 (bl-Ingliż) hawnhekk
  • Aktar informazzjoni dwar COVID-19 u epetite B kronika hawnhekk
  • Aktar informazzjoni dwar COVID-19 u epetite C kronika hawnhekk
Mard tal-kliewi

Dawk b’mard tal-kliewi għandhom ikunu jafu, li bħall-influwenza, jinsabu f’riskju aktar għoli ta’ sintomi severi u kumplikazzjonijiet mill-coronavirus. Covid-19 jista’ jaffettwa l-funzjoni tal-kliewi jekk il-pazjent ma jkunx jiflaħ, ikollu nuqqas ta’ fluwidu jew ikollu infezzjoni sekondarja fuq kollox.

Aktar informazzjoni dwar COVID-19 u mard tal-kliewi (bl-Ingliż) tinsab hawnhekk

Pjan ta’ Immaniġġjar ta’ Kidney Health Australia (bl-Ingliż) jinsab hawnhekk

Kura tal-kanċer

Meta persuna tkun affettwata mill-kanċer, is-sistema immunitarja tagħha x’aktarx tkun aktar dgħajfa u l-persuna għandha tkompli ssegwi kull pariri jew prekawzjonijiet speċifiċi rrakomandati mit-tobba tal-kura tas-saħħa tagħhom, biex jitnaqqas ir-riskju ta’ infezzjoni, waqt u wara l-kura. Huwa kruċjali li toqgħod id-dar kemm jista’ jkun possibbli u li tevita vvjaġġar bla bżonn u t-trasport pubbliku. Is-sistema immunitarja tal-pazjenti tkun simili bħal dawk taħt kura wara trapjant.

Aktar informazzjoni dwar sapport tal-kanċer (bl-Ingliż) hawnhekk

In-nies fl-Awstralja għandhom joqogħdu tal-anqas 1.5 metri ‘l bogħod minn xulxin. Iċċekkja r-restrizzjonijiet fl-istat tiegħek dwar limiti ta’ nies miġbura flimkien.  

L-ittestjar għall-coronavirus issa jista’ jsir mal-Awstralja kollha. Jekk qed tesperjenza sintomi ta’ riħ jew influwenza, organizza li tagħmel test jew ċempel lit-tabib tiegħek jew ikkuntattja lill-Coronavirus Health Information Hotline fuq 1800 020 080.  

Il-COVIDSafe app li jittrejsja l-coronavirus maħruġ mill-Gvern Federali issa jista’ jitniżżel mill-app store tat-telefown tiegħek.

 L-SBS huwa impenjat li jinforma lill-komunitajiet diversi fl-Awstralja bl-aħħar żviluppi tal-COVID-19. Aħbarijiet u informazzjoni jinkisbu f’63 lingwa f’ .

 

 


Share
Published 4 May 2020 10:12pm
Updated 12 August 2022 3:20pm
By SBS Radio, Joe Axiaq
Source: SBS


Share this with family and friends