Il-Vaċċin tal-COVID-19 fl-Awstralja
Il-Gvern Awstraljan huwa impenjat li jipprovdi lill-Awstraljani kollha b’aċċess għall-vaċċin sikur u effettiv tal-COVID-19 hekk kif ikun disponibbli.
Biex tkun taf jekk tistax tieħu t-tilqima tal-COVID-19 u fejn għandek tibbukkja appuntament żur
Jekk għandek 40 sena jew aktar, int eliġibbli għat-tilqima. Jekk għandek bejn 16 u 39 sena, tista’ tkun eliġibbli wkoll għat-tilqima. Segwi l-passi fuq din il-websajt biex tiċċekkja l-eliġibilità tiegħek għal tilqima
Tista’ tibbukkja wkoll appuntament mat-Tabib tiegħek u għal informazzjoni dwar il-vaċċin bil-lingwa tiegħek:
Liema huma t-tilqimiet irrakomandati?
L-Australian Technical Advisory Group dwar it-Tilqim jirrakomanda l-vaċċin tal- COVID-19 Comirnaty (Pfizer) bħala l-vaċċin preferut għal dawk bejn is-16 u d-59 sena.
Il-Vaċċin tal-COVID-19 AstraZeneca jista’ wkoll ikun ipprovdut għal dawk bejn it-18 u d-59 sena.
Jekk għadek m’intix eliġibbli, u għandek 18-il sena jew aktar, tista’ titlob biex tkun avżat/a meta tkun eliġibbli.
Dawk taħt is-16-il sena għadhom m’humiex eliġibbli biex jieħdu t-tilqima fl-Awstralja.
Sapport fis-saħħa mentali b’rabta mal-Covid-19
Fl-2020, il-gvern Awstraljan żied 10 sessjonijiet ta’ terapija psikoloġika ssussidjati mill-Medicare kull sena kalendarja għall-pazjenti kollha eliġibbli skont għal Aċċess Aħjar għal Psikjatri, Psikoloġisti u Tobba Ġenerali permezz tal-inizjattiva
Il-gvern Awstraljan waqqaf is-sapport tas-saħħa mentali li għandu x’jaqsam mal-Covid-19 permezz tal-portal tas-saħħa "" li jipprovdi informazzjoni u direzzjoni kif iżżomm saħħa mentali tajba waqt il-pandemija tal-coronavirus u waqt li tkun f’iżolazzjoni waħdek.
Jekk ikollok bżonn sapport tas-saħħa mentali bil-lingwa tiegħek, ċempel TIS National fuq 131 450 jew żur għal interpretu. TIS National ikopri aktar minn 100 lingwa u jista’ jinkiseb 24 siegħa kuljum, 7 ijiem fil-ġimgħa, bil-prezz ta’ telefonata lokali.
huwa proġett immexxi minn Mental Health Australia li jikkonċentra fuq is-saħħa mentali għal nies minn sfond kulturali u lingwistiku divers (CALD, li jipprovdi aċċess għal riżorsi, servizzi u informazzjoni f’format li kulturalment ikun aċċessibbli.
Żur għal aktar informazzjoni dwar servizzi tas-saħħa mentali.
Diffikultajiet finanazjari (Ħlas tal-Leave kaġun tad-Diżastru tal-Pandemija)
Jekk qed tiffaċċja diffikultajiet finanzjarji ċċekkja jew ċempel in-National Debt Helpline fuq 1800 007 007.
Il-ħlas japplika għal ħaddiema li ma jistgħux jaqilgħu paga għaliex ikollhom jiżolaw lilhom infushom jew ikunu kwarantina, jew ikunu qegħdin jieħdu ħsieb xi ħadd bil-COVID-19.
Ikklikkja hawn taħt għal informazzjoni dwar il-Leave kaġun tad-Diżastru tal-Pandemija f’kull stat u territorju:
Kif jinxtered il-COVID-19 u kif tevitah?
COVID-19 jinxtered minn persuna għall-oħra permezz ta’:
- Kuntatt mill-qrib ma’ persuna waqt li tkun infettata anke qabel jidhru s-sintomi tagħha.
- Kuntatt fil-qrib ma’ persuna b’infezzjoni kkonfermata li tisgħol jew tagħtas.
- Mess ta’ oġġetti jew uċuħ ta’ oġġetti (bħal maqbad ta’ bieb jew imwejjed) ikkontaminati minn sogħla jew għatis minn persuna b’infezzjoni ikkonfermata u mbagħad tmiss ħalqek jew wiċċek.
Tevitaha billi tipprattika ndafa tajba tal-idejn u meta tagħtas/tisgħol u li żżomm id-distanza minn persuni oħrajn meta jkunu morda hija l-aħjar difiża kontra l-biċċa l-kbira tal-virus. Għandek:
- Iżżomm distanza soċjali tal-anqas 1.5 metri u tosserva r-regola ta’ persuna 1 kull 4 metri kwadri.
- Taħsel idejk ta’ spiss bis-sapun u bl-ilma, qabel u wara li tiekol, u wara li tmur it-tojlit.
- Tgħatti ħalqek meta tisgħol u tagħtas, tarmi tissues u tuża sanitiser tal-idejn.
- Jekk tħossok ma tiflaħx, Evita kuntatt ma’ oħrajn (oqgħod aktar minn 1.5 metru bogħod min-nies oħrajn).
Il-gvern Awstraljan jissuġġerixxi lir-residenti kollha biex iniżżlu l-COVIDSafe app.
Jekk tiżviluppa s-sintomi, agħmel it-test
Is-sintomi tal-coronavirus jistgħu jvarjaw minn mard ħafif għal prewmonja, u huma simili ta’ każi oħra ta’ riħ u influwenza u jinkludu:
- Deni
- Sintomi respiratorji
- Sogħla
- Uġigħ fil-grieżem
- Nuqqas ta’ nifs
- Sintomi oħra jistgħu jinkludu mnieħer inixxi, uġigħ ta’ ras, uġigħ fil-muskoli u l-ġogi, dardir, dijarea, rimettar, telf ta’ sens ta’ xamm, tibdil fis-sens tat-togħma, telf ta’ aptit u għeja.
L-awtoritajiet żviluppaw COVID-19 Symptom Checker (Ċekkjatur tas-Sintomi tal-COVID-19) li tista’ tuża minn darek:
M’hemmx kura speċifika għall-coronavirus, imma l-biċċa l-kbira tas-sintomi jistgħu jkunu kkurati b’kura medika ta’ sapport. Antibijotiċi mhumiex effettivi għal kontra l-virus.
Jekk tiżviluppa s-sintomi, għandek tagħmel it-test.
Jekk trid li tkellem lil xi ħadd dwar is-sintomi tiegħek, ċempel in-National Coronavirus Helpline għall-parir. Il-linja tat-telefown topera 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-ġimgħa. Ċempel 1800 020 080.
[sbsondemand
Fejn nista’ nagħmel it-test?
Ikklikkja hawn taħt għal-lista ta’ kliniċi tal-ittestjar f’kull stat u territorju:
Jekk kellek dijanjosi ta’ COVID-19, għandek tiżola lilek innifsek: :
- Tmurx f’postijiet pubbliċi bħal xogħol, skola, shopping centres, childcare jew l-università
- Itlob lil xi ħadd biex iġiblek l-ikel u bżonnijiet oħra meħtieġa u jħallihomlok quddiem il-bieb
- Iddaħħalx viżitaturi d-dar – ippermetti biss nies li ssoltu joqogħdu fid-dar miegħek.
Min hu fl-akbar riskju ta’ mard serju?
Xi nies li jkunu infettati jistgħu ma jimirdu xejn, xi oħrjan jista’ jkollhom sintomi ħfief li minnhom jirkupraw faċilment, u oħrajn jistgħu jimirdu malajr ħafna. Minn esperjenza ta’ qabel ta’ nies li mardu bil-coronavirus, dawk l-aktar f’riskju ta’ infezzjoni serja huma:
- Nies Aboriġini u Torres Strait Islander li jkollhom 50 sena u aktar li jkollhom kundizzjonijiet ta’ marda kronika jew aktar minn marda kronika waħda
- Nies ‘il fuq minn 65 sena b’kundizzjonijiet mediċi kroniċi. Kundizzjonijiet inklużi fid-definizzjoni ta’ ‘kundizzjonijiet mediċi kroniċi’ ikunu ċċarati hekk kif ikun hemm aktar provi.
- Nies li jkollhom 70 sena jew aktar.
- Nies b’sistema ta’ immunità kompromessa.
Għandi nilbes maskra?
Xi stati u territorji issa jirrakomandaw jew jitolbu l-użu tal-maskri.
Jekk iċ-ċirkustanzi jinbidlu fl-istat jew territorju fejn toqgħod, il-parir dwar l-użu tal-maskri jista’ jkollu jinbidel. Importanti li żżomm ruħek aġġornat/a skont il-pariri tal-inħawi lokali fejn toqgħod.
Biex iżżomm ruħek aġġornat/a dwar il-pariri tal-ilbies tal-maskra, segwi l-aġġornamenti tal-gvern fil-lokal tiegħek:
Meta tilbes maskra, huwa importanti li tilbisha kif suppost:
- aħsel u ssenatizza idejk, qabel tilbisha jew tneħħiha
- kun ċert/a li l-maskra tgħattilek imnieħrek u ħalqek u tiffittja sewwa taħt geddumek, fuq imnieħrek u mal-ġnub ta’ wiċċek
- tmissx in-naħa ta’ quddiem tal-maskra waqt li tkun qed tilbisha jew tneħħija
- tħallix il-maskra mdendla madwar għonqok jew taħt imnieħrek
- terġax tuża maskra li suppost tintuża darba; aħsel u nixxef maskri li jistgħu jerġgħu jintużaw u poġġihom f’post nadif u niexef.
L-ivvjaġġar minn, lejn u fl-Awstralja
Stati u territorji, jistgħu japplikaw ir-restrizzjonijiet tagħhom, inkluż l-għeluq tal-fruntieri statali tagħhom.
Ġbir ta’ data mandatorja
Mill-1 ta’ Ottubru 2020, hemm ġbir ta’ data mandatorja dwar titjiriet domestiċi biex jgħinu lill-istati u t-territorji meta jkun hemm bżonn tal-ittrejsjar ta’ kuntatti: isem, indirizz tal-email, numru ta’ kunttt tal-mowbajl, u stat ta’ residenza.
Prinċipji Nazzjonali dwar it-Trasport Pubbliku
Is-servizzi tat-trasport pubbliku huma r-responsabilità tal-istati u t-territorji, u l-Kabinett Nazzjonali jendorsja serje ta’ prinċipji biex jgħin fl-immaniġġjar tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema u l-passiġġieri fuq in-networks tat-trasport pubbliku, inkluż: li ma tivvjaġġax meta tħossok ma tiflaħx, li żżomm distanza fiżika mis-sewwieqa u passiġġieri oħra u li tevita li tuża flus kontanti.
Restrizzjonijiet tal-ivvjaġġar
Hemm mizuri temporanji għal titjiriet internazzjonali li huma riveduti regolarment mill-gvern.
Dan jista' jaffettwa t-titjira tiegħek lejn l-Awstralja. L-informazzjoni qed tinbidel ta' spiss.
Għal aktar informazzjoni ċċekkja l-aħħar aġġornament ta’ Smart Traveller.
Htiġijiet u ttestjar ta' kwarantina huma mmaniġġjati u nfurzati mill-gvernijiet tal-istat u t-territorju:
- NSW and
- VIC , and
- ACT and
- NT and
- QLD and
- SA and
- TAS and
- WA and
Jekk tkun trid tivvjagga barra l-Awstralja, tista’ tapplika online għal eżenzjoni tal-ivvaġġar jekk tissodisfa waħda minn dawn il-kategoriji:
- l-ivvjaġġar tiegħek ikun parti mir-rispons tal-imxija tal-COVID-19, inkluża l-proviżjoni ta’ għajnuna
- l-ivvjaġġar tiegħek ikun essenzjali fl-operazzjonijiet tal-industriji u n-negozji essenzjali (inklużi l-industriji tal-esportazzjoni u l-importazzjoni)
- tkun qed tivvjaġġa biex tirċievi kura medika urġenti li mhix disponibbli fl-Awstralja
- tkun qed tivvjaġġa għal negozju personali urġenti u li ma tistax tevita
- bażi ta’ kompassjoni jew umanitarja
- l-ivvaġġar tiegħek ikun għall-interess nazzjonali.
Informazzjoni mill-Gvern
- Biex tkun taf kif il-Gvern Awstraljan qed jimmaniġġja COVID-19, mur fuq
- Għal aktar informazzjoni bl-Ingliż żur .
- Aktar informazzjoni bil-lingwa tiegħek ipprovduta mid-Department of Home Affairs -
- In-nies fl-Awstralja għandhom joqogħdu tal-anqas 1.5 metri ’l bogħod minn xulxin. Iċċekkja r-restrizzjonijiet dwar il-limitu ta’ nies miġbura flimkien fl-istat fejn toqgħod.
- Jekk qed tesperjenza sintomi ta’ riħ jew influwenza, oqghod id-dar u organizza biex isirlek test billi ċċempel it-tabib tiegħek jew billi tikkuntattja l-Coronavirus Health Information Hotline fuq 1800 020 080.
- Aħbarijiet u informazzjoni jinkisbu f’63 lingwa f'
- Jekk jogħġbok iċċekkja l-linji gwida relevanti għall-istat jew territorju fejn toqgħod: , , , , , , .