L-Awstralja vvutat ‘Le’ għall-Vuċi Indiġena fil-Parlament

Il-Proposta għall-Vuċi fil-Parlament m’għaddietx fl-ewwel referendum li sar fl-Awstralja f’aktar minn għoxrin sena.

VOICE REFERENDUM COUNTING

Ballot papers are seen at a counting centre in Melbourne, Saturday, October 14, 2023. Australians will vote in a referendum on October 14 on whether to enshrine an Indigenous voice in the country's constitution. (AAP Image/Con Chronis) NO ARCHIVING Source: AAP / CON CHRONIS/AAPIMAGE

Punti Ewlenin
  • Ir-referendum għall-Vuċi Indiġena fil-Parlament m’għaddiex b’vot qawwi ta’ ‘Le’
  • Sitt stati u n-Northern Territory irreġistraw vot ‘Le’ , waqt li fl-ACT ivvutaw ‘Iva’.
  • Il-Prim Ministru Anthony Albanese ħeġġeg lill-poplu Awstraljan biex jingħaqad flimkien.
Il-Poplu Awstraljan ma aċċettax proposta biex Vuċi Indiġena fil-Parlament tkun inkluża fil-Kostituzzjoni.

Kien irreġistrat vot ‘Le’ fis-sitt stati kollha u n-Northern Territory waqt ir-referendum storiku tas-Sibt.

Il-vot ‘Le’ huwa wkoll ewlieni fl-għadd tal-voti nazzjonali.

L-ACT kien l-uniku ġurisdizzjoni li rreġistra vot ‘Iva’.

Il-Prim Ministru, Anthony Albanese li kien ddiżappuntat bir-riżultat insista li r-riżultat “ma jiddeterminax min aħna, u ma jifridniex”.

"Issa jiddependi minna lkoll biex ningħaqdu flimkien u nsibu mod differenti għall-istess destinazzjoni ta’ rikonċiljazzjoni.”
PM Anthony Albanese .jpg
Australian Prime Minister Anthony Albanese delivers a statement on the outcome of the Voice Referendum at Parliament House.
Il-Mexxej tal-Oppożizzjoni Peter Dutton talab biex il-pajjiż jingħaqad flimkien u semma r-referendum bħala eżerċizzju li l-Awstralja “ma kellhiex bżonn”.

"Il-proposta u l-proċess kellhom ikunu ddisinjati biex jgħaqqdu lill-poplu Awstraljan, u mhux li jifirduna,” huwa qal.
PETER DUTTON VOICE REFERENDUM ADDRESS
Opposition Leader Peter Dutton and Shadow Minister for Indigenous Australians Senator Jacinta Price address the media following the referendum. Source: AAP / JONO SEARLE/AAPIMAGE
Xi Awstraljani Indiġeni se jagħmlu “ġimgħa silenzju” wara r-riżultat tal-vot, waqt li oħrajn diġà qegħdin jaraw x’se jiġri ‘l quddiem.

Il-Ministru tal-Awstraljani Indiġeni u difensur għall-kampaja ‘Iva’ Linda Burney qalet li kienet fiduċjuża li titfaċċa ġenerazzjoni mimlija enerġija ta’ mexxejja Indiġeni wara l-votazzjoni.

Id-difensur prominenti tal-kampanja ‘Le’ Nyunggai Warren Mundine qal li r-riżultat jindika li n-nies fl-Awstralja “iridu li jsiru l-affarijiet”, irrespettivament il-kwistjonijiet li qegħdin jiffaċċjaw il-komunitajiet Indiġeni.
 
"In-nies ma jridux li jkunu injorati l-vjolenza, l-abbuż, il-kontroll fuq ħaddiehor u l-imġieba distruttiva li teżisti f’xi komunitajiet Indiġeni,” huwa qal.

Żomm ruħek infurmat dwar ir-referendum dwar il-Vuċi Indiġena fil-Parlament 2023 minn fuq in-Network tal-SBS, inkluża l-perspettiva tal-Ewwel Nazzjonijiet permezz tan-NITV.

Iċċekkja għal artikli, vidjos u podcasts f’aktar minn 60 lingwa, jew isma’ l-aħħar aħbarijiet u analiżi, dokumentarji u divertiment b’xejn f’
LISTEN TO
maltese_151023_Feat The Indigenous Voice to Parliament referendum has ended with a 'No' result final.mp3 image

Ir-Referendum għall-Vuċi Indiġena fil-Parlament ma jgħaddix

SBS Maltese

05:26

Share
Published 15 October 2023 12:40pm
Updated 17 October 2023 7:29am
Source: SBS


Share this with family and friends