PUNTI EWLENIN
- Esperti jgħidu li COVID jew telf tal-memorja u konċentrazzjoni huma komuni fost dawk li jesperjenzaw COVID fit-tul
- Din il-kundizzjoni ġeneralment tkun temporanja u kollox jerġa’ lura għan normal waħdu
- Iċċekkja mat-Tabib tiegħek, jekk is-sintomi jippersistu għal aktar minn tmien ġimgħat
- Esperti jgħidu li l-eżerċizzju u attivitajiet ta’ taħbil il-moħħ bħal logħob tal-vidjo jistgħu jgħinuk tirkupra aktar malajr
Dianne Watts maniġiner minn Sydney insiet kif tispelli xi kliem u nsiet kif tagħmel ċertu xogħol wara li reġgħet lura għax-xogħol wara li kellha l-Covid.
"Kelli bżonn biex xi ħadd ifakkarni ċertu proċess ta’ xogħol,” qalet Ms Watts lil SBS.
Ms Watts mardet bil-coronavirus f’Ġunju u taħseb li setgħet żviluppat il-COVID fit-tul li ssoltu jseħħ fi tliet xhur wara l-infezzjoni.
NSW Health jgħidu li m’hemmx test għal COVID fit-tul. Madankollu biex ikun hemm dijanjosi jfisser li t-tobba jkunu jridu jeliminaw kundizzjonijiet ta’ mard b’sintomi simili.
Sinjali komuni ta’ COVID fit-tul jew kundizzjonijiet ta’ wara l-COVID jinkludu telf tal-memorja u konċentrazzjoni, problemi tal-irqad, diffikultajiet biex titkellem, dipressjoni jew ansjetà, u għeja.
Kundizzjonijiet oħra jinkludu nuqqas ta’ nifs, jew diffikultà biex tieħu n-nifs, sogħla persisteni, uġigħ fis-sider, uġigħ fil-muskoli, telf tax-xamm jew togħma u deni.
Tista’ ssib klinika li tispeċjalizza fil-COVID fit-tul hawnhekk:
X’inhu COVID fog (ċarezza biex tikkonċentra sewwa)?
"COVID fog" hija terminoloġija medika imma ġeneralment hija wżatha biex tiddeskrivi kwistjonijiet ta’ għarfien, bħal diffikultajiet biex taħseb, biex tikkonċentra u li tiftakar wara infezzjoni tal-COVID.
Id-Dipartiment tas-Saħħa u l-Kura tal-Anzjani m’għandux statistika tal-każijiet tal-COVID fog fl-Awstralja.
Imma skont il-Professur u Direttur tal-COVID-19 fit-tul fil-Klinika ta’ St Vincent’s Hospital f’Steven Faux f’Sydney, din hija komuni fost dawk li jesperjenzaw COVID fit-tul.
Bejn 10 u 25 fil-mija tal-pazjenti li jiġu fil-klinika jirrappurtaw nuqqas ta’ konċentrazzjoni minħabba l-COVID. In-numru jikber jekk nistaqsu lill-pazjent/a dwar diffikultajiet ta’ ħsieb u biex jiftakru
Dijanjosi ta’ nuqqas ta’ ċarezza fil-ħsieb wara l-COVID
It-tabib xjentist u newroloġista akkademiku bbażat f’Sydney, Dr Sonu Bhaskar jgħid li jista’ jkun diffiċli biex issir dijanjosi tan-nuqqas ta’ ċarezza fil-ħsieb wara l-COVID, billi "l-esperjenza ta’ nuqqas ta’ ċarezza fil-ħsieb jew diffikultà biex tikkonċentra wara li tirkupra mill-COVID hija xi ħaġa individwali".
"Proporzjon ta’ dawk li jfiequ mill-COVID-19 jistgħu jesperjenzaw problemi newroloġiċi fit-tul u problemi biex jaħsbu u jiftakru,” jgħid Dr Bhaskar.
Il-Professur Faux jgħid li d-dijanjosi ta’ nuqqas ta’ ċarezza fil-ħsieb u l-konċentrazzjoni wara l-COVID ma jistax ikun limitat għal fattur wieħed billi l-ansjetà u l-għeja jistgħu jaffettwaw ukoll l-effett tal-ħsieb.
"Irridu nħarsu lejn is-sitwazzjoni kollha meta nkunu qegħdin neżaminaw din il-kundizzjoni," huwa jgħid.
Il-Professur Faux jemmen li dawk li jkunu jaħdmu f’xogħol impenjattiv ta’ ħafna stress bħas-setturi legali, tal-qasam tas-saħħa, u dawk li jeħtieġu l-integrazzjoni ta’ ħafna informazzjoni jidher li jkunu aktar affettwati minn din il-kundizzjoni.
"In-nuqqas ta’ ċarezza fil-ħsieb wara l-COVID jista’ jkun kkunsidrat sever għal dawk il-professjonijiet fejn l-anqas telf ta’ konċentrazzjoni ma jistax ikun ittollerat."
X’tagħmel jekk tesperjenza nuqqas ta’ ċarezza fil-ħsieb u nuqqas ta’ konċentrazzjoni wara l-COVID
Fil-biċċa l-kbira tal-każi dan ikun temporanju u jgħaddi waħdu.
"L-ewwel ħaġa tippanikkjax. X’aktarx li din tkun xi ħaġa temporanja. Ippermetti ż-żmien lilek innifsek," jassigura l-Professur Faux.
Meta jkunu ndirizzati kwistjonijiet relatati bħal ansjetà jew dipressjoni jistgħu jtejbu l-għarfien tal-kundizzjoni.
Il-Professur Faux jagħti parir lin-nies biex jitkellmu mal-provveditur tas-saħħa tagħhom jew it-Tabib jekk ikomplu jħossu l-istess sintomi tmien ġimgħat wara li jkunu nfettati bil-COVID.
Dr Bhaskar iżid jgħid li xogħol u prattika li jinvolvu attivitajiet tal-ħsieb bħal logħob tal-vidjo jistgħu jgħinu wkoll.
Ms Watts ma ratx Tabib għan-nuqqas ta’ konċentrazzjoni tagħha imma qagħdet attenta ssegwi s-sintomi biex tkun żgura li s-sitwazzjoni tagħha qed titjieb.
"Bil-mod erġajt inkun attiva skont il-limiti tiegħi u dejjem kont niekol ikel tajjeb għas-saħħa,” hija tgħid.
"Imbagħad, erba’ ġimgħat wara l-infezzjoni, in-nuqqas ta’ ċarezza biex naħseb beda jgħaddi f’daqqa,” tiftakar Ms Watts.

Experts believe people high-demanding jobs could be more affected by COVID fog. Credit: Hinterhaus Productions/Getty Images
Aktar riċerka hija meħtieġa
Aktar riċerka hija meħtieġa biex ikun magħruf l-impatt preċiż tal-COVID-19 fuq diversi sistemi tal-ġisem, inkluża s-sistema newroloġika.
Imma studju riċenti ppubblikat fil-juri li xi nies jibqgħu jiffaċċjaw riskji ogħla ta’ kundizzjonijiet newroloġiċi u psikjatriċi, inklużi nuqqas ta’ ċarezza fil-ħsieb, dimenzja, u psikosis, anke wara sentejn ta’ infezzjoni tal-COVID-19.
Riċerka mmexxija minn La Trobe University ippubblikata f’ uriet li sintomi newroloġiċi wara infezzjonijiet tal-COVID kienu simili ta’ dawk milquta minn mard tal-Alzheimer’s u d-dimenzja.
Ir-riċerkatur ewlieni Dr Nick Reynolds, madankollu, qal lil SBS li pilloli u mediċini żviluppati biex jikkuraw l-Alzheimer's u d-dimenzja jistgħu jkunu adattati biex jikkuraw sintomi newroloġiċi wara infezzjonijiet tal-COVID fil-futur.
SBS huwa impenjat li jipprovdi l-aġġornamenti kollha tal-COVID-19 lill-komunitajiet multikulturali u multilingwali fl-Awstralja. Żomm ruħek sigur u aġġornat billi żżur regolarment