Ir-rata għolja tat-tilqim madwar l-istati u t-territorji tal-Awstralja wasslet għall-bidu mill-ġdid tat-titjirijiet internazzjonali u t-tneħħija tar-restrizzjonijiet tal-lockdown.
B’riżultat ta’ dan, in-numru ta’ każi mistenni li jikber, u minħabba l-imxija tal- varjanti infettivi tal-Omicron u Delta, l-awtoritajiet tas-saħħa qegħdin jitolbu lin-nies biex jieħdu t-tilqima tal-booster biex ikunu protetti aktar kontra l-virus.
It-teknoloġija tal-vaċċin li tifforma t-tilqim tal-booster hija
“Il-boosters huma importanti ħafna biex jagħtu aktar immunità lill-bniedem, partikularment waqt li l-varjant tal-Omicron x’aktarx jinxtered madwar id-dinja,” qal is-segretarju tad-Dipartiment tas-Saħħa Brendan Murphy f’Diċembru.
Kampanja għall-Booster
Kmieni f’Diċembru l-Ministru tas-Saħħa Federali Greg Hunt nieda kampanja nazzjonali għat-tilqim tal-booster qabel l-istaġun tal-festi, u n-nies fl-Awstralja qegħdin ikunu mħeġġa biex jieħdu t-tilqima kmieni kemm jista’ jkun fost tħassib li ħafna nies li ħadu ż-żewġ tilqimiet jista’ jkollhom protezzjoni limitata kontra l-varjant Omicron.
B’riżultat ta’ dan il-Grupp Awstraljan ta’ Konsulenza Teknika dwar it-Tilqim (Australian Technical Advisory Group on Immunisation) (ATAGI) biddel id-data għal aktar kmieni meta għandha tittieħed it-tilqima tal-booster, minn sitt xhur wara l-vaċċinazzjoni primarja, għal ħames xhur.
Sa 1.5 miljun persuna fl-Awstralja issa jistgħu jieħdu d-doża tal-booster tagħhom immedjatament.
Biex jinkoraġġixxu s-sehem tan-nies, il-gvernijiet federali u statali qegħdin imexxu fil-pajjiz.
Dożi tal-booster għall-anzjani
Il- tgħid li dawk li għandom 70 sena u aktar, dawk li għandhom 65 sena u aktar u dawk l-anzjani b’kundizzjonijiet kroniċi ta’ mard, dawk b’sistemi ta’ immunità dgħajfa u nies Aboriġini u Torres Strait Islander li għandhom 50 sena u aktar b’kundizzjoni medika kronika jinsabu f’riskju aktar għoli ta' mard serju, jekk ikunu esposti għall-coronavirus.
tad-dipartiment tas-saħħa Federali juru li minn Jannar 2020, 1,910 persuna anzjana Awstraljana tiflet ħajjitha kaġun tal-COVID-19.
Il-periklu ta’ infezzjoni huwa partikularment aktar għoli bil-varjanti tal-virus Delta u Omicron u t-tilqim inaqqas b’mod konsiderevoli l-periklu ta’ mard serju jew mewt kaġun tal-virus.

PM Scott Morrison received his COVID-19 booster vaccination alongside Jane Malysiak in NSW. Source: SMH POOL
Dawk fl-Awstralja aktar anzjani kienu fost l-ewwel li ħadu l-vaċċin bħala booster meta kien introdott mal-Awstralja.
Dawk li għandhom ‘il fuq minn 18-il sena huma eliġibbli approvat mill-gvern.
Residenti f’faċilitajiet tal-kura tal-anzjani jistgħu jirċievu t-tilqimiet preliminari tagħhom u l-booster fi kliniċi tal-Commonwealth.
Faċilitajiet residenzjali jiddiskutu l-appuntament mar-residenti jew ma’ min ikun qed jieħdu deċiżjoni għalihom bħala parti mill-proċess tat-tilqim.
issib aktar informazzjoni dwar it-tilqim għal residenti fil-kura tal-anzjani jew biex tibbukkja għall-booster.
Tilqim għat-tfal
L-Ammistrazzjoni tal-Affarijiet Terapewtiċi u ATAGI għat-tfal bejn l-etajiet ta’ 5 snin u 11-il sena.
Din l-approvazzjoni hija bbażata fuq ir-riżultati ta’ prova klinikali riċenti li turi li l-vaċċin huwa effettiv ħafna u l-biċċa l-kbira tal-effetti negattivi huma baxxi u jgħaddu malajr, qalu ATAGI fi stqarrija.
It-tilqim jista’ jsir għand it-Tobba, f’Servizzi tas-Saħħa Aboriġinali, fi spiżeriji komunitarji u fi kliniċi statali u territorjali.
ATAGI irrakomndaw intervall ta’ tmien ġimgħat bejn iż-żewġ dożi tat-tilqimiet, imma dan iż-żmien jista’ jitqassar għal tliet ġimgħat f’ċirkustanzi speċjali bħal f’postijiet fejn ikun hemm imxija tal-virus.

Vaccinating children can help reduce community transmission and prevent them passing the virus onto the wider community. Source: Getty Images
f’fatturi ta’ riskju mediku għall-mard serju, tfal Aboriġini u Torres Strait Islander u tfal li joqogħdu f’kundizzjonijiet iffullati jew f’inħawi ta’ periklu ta’ imxija tal-virus, x’aktarx li l-aktar jibbenifikaw mit-tilqim tal-COVID-19 meta wieħed iqis ir-riskju żejjed li jkunu fih u/jew jistgħu jiltaqgħu miegħu, qalu ATAGI.
Tfal ta’ din l-età li qabel kellhom il-COVID-19 jistgħu jieħdu l-vaċċin wara li jkunu fiequ mill-mard tagħhom.
Id-doża rrakomandata għat-tfal hija differenti minn dik tal-kbar, minn doża ta’ 10 mikrogrammi, imqabbla ma’ 30 mikrogrammi għal dawk li jkollhom 12-il sena jew aktar.
Tfal li jgħalqu 12-il sena wara l-ewwel doża tagħhom jistgħu jirċievu l-vaċċin tal-COVID-19 tal-adolexxenti/adulti biex jispiċċaw il-proċess tat-tilqima primarja.
Fejn nista’ nikseb aktar għajnuna?
Wara li l-Omicron kien iddikjarat bħala ‘varjant ta’ tħassib’ mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, il-gvern federali ġedded l-isforzi tiegħu biex jinħoloq għarfien dwar it-tilqim bħala booster.
Dr Lucas De Toca, l-Ewwel Assistant Segretarju tar-Rispons Primarju tal-COVID-19 għaliex id-dożi tal-booster huma importanti anke meta qegħdin isiru disponibbli.

Booster doses provide an added layer of protection. Source: AAPAAP Image/Bianca De Marchi
"Sfortunatament m’hemmx soluzzjoni ta’ kura meta niġu għall-COVID-19,” huwa qal.
Tilqim bħala booster jista’ jittieħed ħames xhur wara d-data li tkun ħadt it-tieni doża tal-tilqima preliminarja. Din id-data tinsab imniżżla fuq iċ-ċertifikat diġitali tal-persuna li tkun ħadet it-tilqima.
L-ibbukkjar kollu għat-tilqim, inkluż dak għat-tfal mill-15 ta’ Diċembru ‘l quddiem, jista’ jsir permezz tal-.
Tista’ żżomm ruħek aġġornat dwar ir-restrizzjonijiet preżenti fl-istat tiegħek permezz tar-.
Biex taqbad ma’ interpretu bil-lingwa tiegħek dwar informazzjoni fuq il-COVID-19 permezz tal-, ċempel 1800 131 450.
Għal aktar informazzjoni dwar it-tilqim tal-COVID-19 u biex tibbukkja, ċempel in- National Coronavirus Helpline fuq 1800 020 080.
Għal aktar informazzjoni dwar il-COVID-19, huwa rrakomandat li tikkuntattja lit-tabib tiegħek jew lill-professjonisti tas-saħħa.
Waqt li l-pariri dwar it-tilqim ikomplu jiżviluppaw, żomm ruħek infurmat dwar l-aħħar żviluppi billi żżur l- biex taqra l-informazzjoni bil-lingwa tiegħek.