Skont Servej Nazzjonali tas-Saħħa Mentali u s-Saħħa u l-Kuntentizza tal-Individwu fl-2017-18, wieħed minn kull ħames Awstraljani (20% jew 4.8 miljun) irrappurtaw li esperjenzaw kwistjonijiet tas-saħħa mentali b’mod sinifikanti fil-ħajja tagħhom.
Aktar minn kwart ta’ miljun kienu Awstraljani tal-ewwel ġenerazzjoni, minn sfond kulturali u lingwistiku divers. Minkejja l-għarfien tas-saħħa mentali, ħafna tobba jemmnu li ħafna nies għadhom isibuha diffiċli biex jitolbu għall-għajnuna.
- Tista’ tikseb servizzi ta’ kura tas-saħħa mentali tal-Gvern Federali, permezz tan-Networks tas-Saħħa Primarja u l-inizjattiva ta’ Aċċess Aħjar
- Pjanijiet ta’ Kura tas-Saħħa Mentali jibdew b’appuntament mat-Tabib
- Sapport immedjat jinkiseb permezz tal-websjat Beyond Blue
Hemm żewġ modi ta’ aċċess tas-servizzi tas-saħħa mentali tal-Gvern Federali.
1. In-Networks tas-Saħħa Primarja (PHN)
2. L-Aċċess Aħjar għal Psikjatri, Psikoloġisti u l-inizjattiva tat-Tobba Ġenearli
F’livell reġjonali, hemm il-fondi PHN tal-Gvern Federali favur is-saħħa mentali u għall-ippjanar tal-prevenzjoni tas-suwiċidju.
L-inizjattiva ta’ Aċċess Aħjar hija ssussidjata skont Medicare u ddisinjata biex ittejjeb il-kura u l-immaniġġjar tas-saħħa mentali fil-komunità.
Il-Kap tal-Unit tas-Saħħa Mentali minn Kulturi Differenti u Globali fl-Università ta’ Melbourne, il-Professur Harry Minas jgħid, li t-tobba ġenerali għandhom ikunu l-ewwel punt ta’ kuntatt għal kull min ikun qed ifittex l-għajnuna.
Huwa jagħraf ukoll il-fruntieri li jwaqqfu lin-nies milli jfittxu għajnuna mentali, bħal mhuma t-twemmin reliġjuż u kulturali.
Il-livell ta’ stigma u mistħija marbut mas-saħħa mentali jista’ jkun kbir ħafna
Id-Dipartiment Federali tas-Saħħa għandu programm iddedikat għas-saħħa mentali tan-nies li jkunu ġejjin minn sfond kulturali u lingwistiku divers, magħruf bħala l-Awstralja Multikulturali.
Flimkien ma’ dan hemm programm separat, Għajnuna għal Dawk li jkunu Ġarrbu Tortura u Trawma li jgħin lin-nies jikkumbattu kwistjonijiet ta’ esperjenza ta’ torturi u trawma qabel ikunu waslu l-Awstralja.
Il-Professur Minas jgħid li jista’ jkun diffiċli għan-nies li jkunu jafu minn fejn għandhom jgħaddu biex isibu għajnuna fis-sistema tal-kura tas-saħħa mentali u kumplessa fl-Awstralja.

Young man sitting at kitchen table with hands on face Source: Getty Images/Aleli Dezmen
Huwa jgħid, li t-tobba huma lesti biex jgħinu u llum huma ttrenjati aħjar biex jikkuraw kwistjonijiet tas-saħħa mentali bħal mhuma d-dipressjoni u l-ansjetà.
It-Tabib tiegħek huwa l-ewwel punt ta’ kuntatt tiegħek
Il-ħolqien ta’ Pjan tal-Kura tas-Saħħa Mentali jibda billi titkellem dwar kif tħossok.
Hemm lista sempliċi ta’ ċċekkjar li tista’ tgħin lilek u lit-tabib tiegħek tifhmu u tassessjaw il-livell ta’ dipressjoni jew ansjetà li tkun esperjenzajt fl-erba’ ġimgħat li jkunu għaddew.
It-tabib tiegħek jista’ jgħinek timla l-lista tal-iċċekkjar u jitkellem miegħek dwar kif tkun tħossok biex tiddeċiedi għal referiment jew li tara speċjalist.
Meħtieġ referiment minn Tabib u biex tara psikjatra u tikklemja r-rebates tal-Medicare
Jekk għandek aċċess għal Medicare, tista’ tara psikoloġist, social worker jew occupational therapist għal limitu ta’ 10 appuntamenti individwali jew fi grupp f’sena kalendarja. Importanti li tinnota li dawn is-sessonijiet huma ssussidjati mill-Medicare – imma xorta jkun hemm spejjeż għal kull żjara. Speċjalisti privati jissettjaw il-ħlasijiet tagħhom bħall-ispeċjalisti mediċi kollha.
Jekk ikollok bżonn aktar minn 10 żjajjar tal-ispeċjalisti, f’sena kalendarja waħda, it-tabib jista’ jirrakomandalek x’servizzi oħra jkun hemm permezz tal-iskema tan-Networks tas-Saħħa Primarja.

Doctor consoling sad senior male patient Source: Getty Images
Skont il-Professur Minas, jekk toqgħod f’komunità żgħira, konferenza bil-vidjow hija mod faċli għal aċċess dirett taċ-ċentri tas-saħħa mentali, mingħajr il-ħtieġa ta’ referenza mit-tabib.
Tista’ tmur direttament f’ċentru tas-saħħa mentali fil-komunità
Jekk tkun teħtieġ sapport immedjat, il-websajt ta’ the Beyond Blue tipprovdi informazzjoni għall-Istati u t-Territorji kollha.
Mill-websajt tista’ tagħżel li tagħmel telefonata konfidenzjali, titkellem jew tibgħat email lil ħaddiem/a professjonali tas-saħħa mentali li jkunu jistgħu jgħinuk immedjatament b’informazzjoni u servizz.
Jekk l-Ingliż mhux l-ewwel lingwa tiegħek tista’ tikseb għajnuna permezz ta’ interpertu mit-Translating and Interpreting Service.
Is-servizzi ta’ Beyond Blue jistgħu jinkisbu anke jekk ma jkollokx aċċess għall-Medicare.
Għal aktar informazzjoni dwar inizjattivi tas-saħħa mentali żur:

Online consultation with a female doctor of Asian background Source: Getty Images/Kilito Chan